Barranin
Mexxejja tal-G7 jiddiskutu kif inaqqsu l-impatt ekonomiku mill-imxija tal-coronavirus

Muniti 

Il-Yen Ġappuniż u l-Frank Żvizzeru, meqjusa bħala assi sikuri, żdiedu kontra d-dollaru, hekk kif it-tama tal-investituri li jkun hemm illaxkar monetarju globali naqset minħabba t-tħassib dwar kemm dan jista’ jikkumbatti l-ħsara ekonomika mill-imxija tal-coronavirus.

L-indiċi tad-dollaru kien 0.04% ogħla u l-ewro 0.11% inqas għal $1.1122. Il-prezzijiet tal-konsumatur fiż-żona euro kienu kif mistennija, u żdiedu fi Frar iktar bil-mod minn Jannar, żieda ta’ 1.2% minn sena għal sena meta ż-żieda fix-xahar ta’ qabel kienet ta’ 1.4%.

Id-dollaru Awstraljan żdied wara li r-Reserve Bank of Australia baxxa r-rati tal-interessi b’25 punt bażi biss, kif antiċipat. Is-swieq kienet qed jistennew tnaqqis akbar. L-Isterlina llum żdiedet kontra d-dollaru u l-ewro, hekk it-taħditiet kummerċjali iebsin mal-Unjoni Ewropea u l-aspettattivi ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi biex jikkumbatti l-ħsara mill-coronavirus żammew lill-munita Ingliż qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs.

Indiċi

L-ishma Ewropej issaħħew illum hekk kif l-investituri qed jittammaw bis-sħiħ dwar aktar passi minn banek ċentrali ewlenin u gvernijiet biex jiġġieldu d-daqqa ekonomika mill-imxija tal-coronavirus, u dan għen lis-swieq finanzjarji maġġuri biex jirkupraw mid-daqqa tal-ġimgħa li
għaddiet.

L-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew minuti wara l-ftuħ hekk kif il-kapijiet tal-pajjiżi tal-G7 ma ħabbrux xi miżuri biex jiġġieldu d-daqqa ekonomika tal-epidemija, waqt li assiguraw sostenn għall-politika monetarja.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-movimenti kienu fil-parti l-kbira pożittivi bil-BMIT Technologies jiżdiedu 0.93%, il-Bank of Valletta b’ 0.96%, HSBC Bank Malta b’1.90%, l-RS2 Software b’1.60% ul-Grand Harbour Marina kellhom l-akbar żieda, dik ta’ 9.09%. F’territorju negattiv kien
hem mill-Malta International Airport b’0.73% u l-International Hotel Investments b’1.33%

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 bi 2.50% għa; €105.30, il-Mercury Projects Finance 2031 b’1.26%, il-Bank of Valletta 2026-2031 naqsu b’0.96%, il-Hili Finance Company 2029 b’0.25%. F’territorju pożittiv kienu l-Istivala Group Finance 2027 b’0.38%, il-Mercury Projects Finance 2027 b’0.50% u s-6PM Holdings2025 b’0.93%.

Il-prezzijiet taż-żejt estendew iż-żidiet minħabba l-aspettattivi li l-banek ċentrali ser jipprovdu stimulu finanzjarju biex ikun miġġieled l-effett tal-imxija tal-coronavirus u minħabba żieda fl-ottimiżmu li l-OPEC ser tordna tnaqqis akbar fil-produzzjoni din il-ġimgħa.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum minħabba tamiet ta’ tnaqqis mill-banek ċentrali hekk kif mexxejja min-nazzjonijiet tal-Grupp tas-Sebgħa,il-G7, iltaqgħu biex jiddiskutu kif inaqqsu l-impatt ekonomiku mill-imxija tal-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tilef illum wara li l-politiċi qablu dwar pakkett ta’ stimulu ta’ $2 Triljun li kkalma n-nervi tas-swieq finanzjarji u wassal biex l-investituri jixtru lura muniti aktar riskjużi. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf bikri llum hekk kif intensifika l-bejgħ qawwi fl-ishma, u b’hekk issaħħaħ is-sentiment favur id-dollaru bħala assi sikur. Iż-żieda ta’ 9% mid-dollaru fl-aħħar ġimagħtejn intemm nhar…

Aktar