Lokali
Nectar tinstalla għexieren ta’ pannelli fotovoltajiċi bħala parti minn inizjattiva favur is-sostenibbiltà

L-enerġija nadifa ġġenerata mix-xemx issa qiegħda tforni l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-kumpanija Nectar. Permezz tan-netwerk ta’ distribuzzjoni tagħha, mifrux madwar il-gżejjer Maltin, Nectar twassal prodotti ppakkjati, kesħin, u iffriżati lill-ħwienet madwar Malta kollha.

Il-kumpanija installat 1,086 pannell fotovoltajku fuq il-bejt tal-uffiċċju ewlieni tagħha f’Ta’ Qali. Dawn il-pannelli jiġġeneraw 276,722 kWp (il-quċċata ta’ kilowatts) u jnaqqsu l-kont tal-elettriku tal-kumpanija bin-nofs. Il-kumpanija installat ukoll sistema ta’ irrigazzjoni moħbija biex tiżgura li l-pannelli solari jibqgħu nodfa u jassorbu l-ogħla sħana solari possibbli.

“Nectar qed tkompli tkun minn ta’ quddiemnett fis-sostenibbiltà billi tinvesti f’operat li hu aktar nadif u sostenibbli. Filwaqt li s-solar farm jiddiversifika t-taħlita tal-enerġija tagħna, dan jippermetti li nagħmlu qabża kbira ’l quddiem biex nagħmlu l-operat tagħna aktar sostenibbli u favur l-ambjent,” qal il-maniġer ġenerali ta’ Nectar, Andrea Agius.

Is-sostenibbiltà hi propju l-prinċipju ewlieni li qed jiggwida n-negozju ta’ Nectar. Il-kumpanija biddlet id-dwal tradizzjonali kollha tagħha b’motion-sensor LEDs fil-maħżen, restrooms u l-kurituri tagħha. Barra minn hekk, kriet vetturi ġodda li jikkonsmaw anqas fjuwil u joperaw b’sistema ta’ ‘stop&start’. Qed jitħejjew ukoll pjani biex il-kumpanija tinstalla dawl fuq il-faċċata tal-bini, li hu effiċjenti ħafna f’dik li hi enerġija.

Aktar qabel, verifika esterna mill-Malta Business Bureau, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti għarfu l-miżuri li Nectar ħadet biex tibża għall-ilma, u ddeskrivewhom bħala “eżempju eċċellenti tal-aħjar prattika fil-konservazzjoni tal-ilma”.

Imwaqqfa fl-1991, Nectar għandha waħda mill-akbar sales forces f’Malta. Din tinkludi mal-50 persuna f’sitt taqsimiet ta’ bejgħ, li jirrapreżentaw aktar minn 50 ditta rinomata. Il-varjeta’ estensiva ta’ prodotti tal-ikel, xorb u ħelu tagħha tinsab fis-supermarkets ewlenin, lukandi, ristoranti, bars, kantins, ħwienet tal-merċa, kif ukoll spiżeriji u health shops, apparti minn ħwienet oħra. Fis-snin reċenti, Nectar kisbet ċertifikazzjoni ta’ ISO, kif ukoll rebħet premjijiet għall-ugwaljanza, għat-tagħlim u żvilupp, għall-orjentazzjoni tal-prestazzjoni, għat-teknoloġija, is-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll għas-sodisfazzjon fuq il-lant tax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Lokali

Lidl Malta, the country’s leading supermarket with eight outlets spread around the Maltese Islands, is celebrating its 10 year anniversary. To mark this milestone, the Company organised a number of…

Aktar