NM Arrigo jiċċentralizzaw il-ħidma amministrattiva fl-Imrieħel

NM Arrigo Ltd għadhom kif iċċelebraw l-ewwel sena fl-uffiċji l-ġodda tagħhom fl-Imrieħel.

Clovis Taittinger, direttur ta’ l-esportazzjoni tax-xampanja Taittinger, kixef lapida li tfakkar dan l-avveniment waqt riċeviment li sar għall-okkażżjoni. Il-familja Taittinger ilha tipproduċi xampanja fina għal dawn l-aħħar erba’ ġenerazzjonijiet.

Permezz tal-uffiċji l-ġodda, NM Arrigo Ltd ċċentralizzaw l-aspett amministrattiv. Il- kumpanija timporta prodotti bħal sigarri u sigaretti, xorb u prodotti famaċewtiċi.

Il-Fifa World Cup 2014 ġol-Brazil għażlet għall-ewwel darba ‘Champagne House’ bħala sponsor uffijċali tax-xampanja li se tkun servuta lill-personalitajiet distinti tal-FIFA waqt il logħbiet.

Għal din l-okkażżjoni Clovis Taittinger żvela souvenir li kien magħmul apposta.

Taittinger hija waħda mill-ftit kumpaniji li jipproduċu x-xampanja fid-dinja li għadha titmexxa mill-membri tal-familija. NM Arrigo Ltd hija l-kumpanja ewlenija li tirrapresenta lit-Taittinger f’Malta.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-frank Żvizzeru ssaħħaħ kontra l-muniti ewlenin sħabu u huwa fi triqtu lejn l-akbar żieda f’jum kontra d-dollaru Amerikan, f’xahar li fih il-Bank Ċentrali Żvizzeru ma segwiex lill-Bank Ċentrali Ewropew…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru ma nbidlitx minn $1.1094, bi ftit li xejn statistika ekonomika skedata għal għada jew żviluppi li jixprunaw ċaqliq akbar. L-aħbarijiet pożittivi mill-Italja, fejn il-Movimento Cinque…

Barranin

Muniti Il-yuan Ċiniż waqa’ għall-inqas livell fi 11-il sena fin-negozju onshore u għal livell baxx rekord f’dak offshore, wara li l-aħħar żieda fit-tilwima kummerċjali mal-Istati Uniti laqtet ħażin lis-sentiment tal-investituri….

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Aktar