Nuqqas fil-bejgħ bl-imnut jaffettwa ħażin lill-ewro

Il-qawmien fid-dħul mill-bonds tal-gvern kien ir-raġuni tal-avvanz tad-dollaru, għalkemm id-dħul naqas modestament qabel id-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell.  L-investituri qed jistennew l-opinjoni ta’ Powell dwar id-dħul mill-bonds u jekk dan l-aħħar irkupru jistax jolqot ħażinb il-politika monetarja preżenti.

L-Unjoni Ewropea ppublikat id-data dwar il-bejgħ bl-imnut għal Jannar, li tbaxxa b’5.9% fuq bażi ta’ kull xahar, ferm agħar milli maħsub, waqt li ċ-ċifra annwali kienet ta’ 6.4% taħt iż-żero (-6.4%) ukoll mhux skont it-tbassir u dan kompla jżid il-pressjoni fuq il-munita unika.

Minħabba dan, l-ewro kompla jiġi nnegozjat fil-livell baxxi riċenti u huwa vulnerabbli għal aktar tnaqqis. Wara ż-żieda globali fid-dħul mill-bonds, il-yen kompla jonqos kontra l-ewro. Ir-raġuni ta’ dan, fost affarijiet oħra, huwa l-ottimiżmu ekonomiku.

Indiċi

L-indiċijiet maġġuri fl-Istati Unitti sofrew telf qawwi fiż-żewġ sessjoni ta’ qabel iżda fetaħ b’mod modest ogħla lum bl-investituri jistennew id-diskors taċ-Ċermen tal-Federal Reserve. Indiċijiet fl-Ewropa, ir-Renju Unit u l-Ġappun kollha kienu aktar baxxi. L-indiċi lokali tilef kważi 0.1%.

Ishma

Kienet ġurnata kwieta għall-ishma lokali llum b’erba ishma biss negozjati. Il- BMIT Technology kien l-uniku f’territorju pożittiv hekk kif l-indiċi tbaxxa. Il-Bank of Valletta u Lifestar tilfu 0.22% u 1.1% rispettivament. Il-Malta International Airpoprt ma kellhom ebda bidla fil-prezz minkejja li kienu negozjhati.

Bonds

Il-bonds ta’ Eden Finance illum żdiedu b’1% waqt li Von der Heyden Group, l-AX, il-Hili u l-International Hotel Investments tilfu bejn il- 1.5% u t-2%.  Il-Corinthia Finance tbaxxew b’madwar 2.5%.  Telf akbar kienreġistrat fil-Medserv u  l-Malta Investments Holdings li tilfu 4.44% u 5.28% rispettivament.

Kien hemm żieda fil-prezz tal-West Texas Intermediate fi sfond ta’ żieda fl-ottimiżmu dwar il-laqgħa li għaddejja tal-OPEC u l-alleati, Infatti, ix-xerreja jidher li huma maqsuma dwar id-deċiżjoni pġrobabli tal-għaqda, għax tista’ tkompli it-tnaqqis preżenti fil-produzzjoni għax-xahar li ġej jew iżżid ftit il-produzzjoni b’madwar 500,000 barmil kuljum. L-organizzazzjoni, fil-proċess tad-deċiżjoni tagħha, hija mistennija li tqis jekk l-irkupru riċenti fil-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat jitlobx żieda fil-produzjoni kontra l-inċeretezza li qed tiffaċja l-industrja bil-pandemija.

Il-prezz tad-deheb żdied xi ftit illum lil hinn mill-anqas livell ta’disa xhur għal madwar $1,700 li kien mess fis-sessjoni ta’ qabel.  Iż-żieda ma kellha ebda katalist fundamentali u tista’ tkun attribwita biss għal xi bejgħ qawwi. Il-fidda kienet f’territorju negattiv għalkemm l-azzjoni tal-prezz kienet limitata dwar kif il-fidda normalment tinxtara. Il-fidda qed tinbiegħ madwar $26. Anke is-swieq tal-fidda qed jistennew ilpkummenti ta’ Powell.