Barranin
Nuqqas ta’ dettalji mid-diskussjonijiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti jwaqqfu l-irkupru

Muniti

Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro tilef 0.28% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.14% kontra l-Yen. L-ewro żdied 0.34% kontra l-Isterlina, 0.01% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.20% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-irkupru tal-bidu tas-sena fl-ishma globali waqaf hekk kif l-investituri qed jagħmlu pawsa wara l-aħħar irkupru. In-nuqqas ta’ dettalji konkreti mid-diskussjonijiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti jfisser li ma kienx hemm raġuni li l-momentum tal-irkupru jkompli.

Il-FTSE 100 tilef 0.07%; l-iSTOXX 50 tilef 0.29%; id-DAX tbaxxa b’0.24% li kien l-akbar tnaqqis f’ġimgħa u l-CAC 40 tilef 0.62%.

Id-Dow Jones tilef 0.54% mal-ftuħ waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.371%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdied b’4.02% bil-GO juri żieda ta’ 1.98%. Il-Bank of Valletta, International Hotel Investments u l-Malita Investments ma kellhom ebda bidla fil-prezz. Il-Medserv u l-MIDI tbaxxew b’aktar minn 3.50% u tilfu 3.60% u 10.45% rispettivament.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024, il-Mediterrean Maritime Hub Finance 2026, il-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-International Hotel Investments 2025 żdiedu b’0.20% bil-Mariner Finance 2024 juru l-akbar żieda ta’ 0.99% u għalqu b’$110.74.

Il-Hili Finance Company 2028, l-International Hotel Investments 2024 u l-Izola Bank 2025 tilfu 0.87%; 1.09% u 2.82%.

Il-prezz taż-żejt kien jidher li ser ikollu l-ewwel tnaqqis f’ġimagħtejn, Il-Brent tbaxxa b’0.49% għal $61.14 waqt li l-U.S. light crude tbaxxa b’0.73% għal $51.97.

Id-deheb tilef inqas minn 0.05% għal $1,293.38 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.29% għal $15.71.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef hekk kif il-muniti marbuta mal-prodotti essenzjali avvanzaw f’negozju ta’ riskju mqajjem minn aspettattivi dejjem jiżdiedu dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, żejt ogħla u spekulazzjoni li…

Aktar