Lokali
Offerta għal żmien limitat fuq self personali minn BNF Bank

Għal żmien limitat, il-klijenti li japplikaw għal self personali minn BNF Bank se jibbenefikaw minn rata ta’ interess ta’ 4.85% fis-sena. Din ir-rata vantaġġuża tikkonsisti minn 2.35% fis-sena fuq ir-rata bażika tal-Bank, li bħalissa hija ta’ 2.50% fis-sena  tirriżulta f’APRC ta’ 5.09%.

Is-self personali tal-BNF jista’ jintuża biex jiffinanzja firxa wiesgħa ta’ bżonnijiet u proġetti personali. Il-klijienti jistgħu jiffinanzjaw kull xorta ta’ proġett personali billi jissellfu sa 100% tal-ammont meħtieġ, skont l-użu ta’ dan is-self.  Barra minn hekk, wieħed se jkun jista’ jibbenefika minn ħlasijiet fix-xahar aktar baxxi billi jifrex is-self fuq perjodu sa 10 snin. Wieħed jista’ wkoll  jagħmel ħlasijiet żejda sabiex iħallas is-self qabel, mingħajr ma jidħol fi spejjeż żejda.

Is-self personali huwa prodott flessibbli li jipprovdi soluzzjonijiet lill-klijenti biex itejbu l-istil ta’ ħajja tagħhom. Il-klijenti jistgħu jiffinanzjaw kwalunkwe bżonn bħal karozza jew dgħajsa, ristruttar fid-dar, tieġ, safar u għadd ġmielu ta’ prodotti biex wieħed jiffranka l-enerġija bħal sistemi fotovoltajċi, solar water heaters, double jew triple glazing, kif ukoll appliances li jiffrankaw l-enerġija.

“Aħna nagħmlu ħilitna biex il-prodott li noffru jkun wieħed kompetittiv u ta’ benefiċċju għall-klijenti tagħna. L-offerta għal Self Personali, li hija għal żmien limitat, hija mfassla biex tgħinkom tilħqu l-għanijiet tagħkom. Aħna se ngħinukom bil-finanzi biex intom tkunu tistgħu tiffukaw fuq affarijiet oħra”, qal Melvin Pellicano, Kap tad-Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kummerċ tal-Bank BNF.

Aktar informazzjoni dwar is-Self Personali tal-BNF, inkluż it-termini u l-kundizzjonijiet, tista’ tinkiseb mill-website tal-Bank www.bnf.bank. Il-klijienti jistgħu jikkuntattjaw lill-Customer Care fuq 2260 1000 jew iżuru xi waħda mill-fergħat tal-BNF.

 

Artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

AX The Palace, il-lukanda ta’ 5 stilel f’Tas-Sliema, kienet ivvutata bħala l-aqwa lukanda għan-negozju f’Malta għall-2019 waqt is-26 World Travel Awards annwali li saru dan l-aħħar f’Madeira fil-Portugall. AX The…

Lokali

Ix-Xara Palace, li tifforma parti mill-għaqda Relais & Chateaux, hija l-unika boutique hotel li tinsab fil-Belt Medjevali tal-Imdina u jista’ jingħad li kienet l-ewwel lukanda tax-xorti tagħha fuq din il-gżira….

Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Aktar