Lokali
Offerta speċjali għas-self personali mill-BOV

Il-Bank of Valletta ħabbar li qed iniedi offerta speċjali fuq il-firxa tiegħu ta’ Self Personali b’effett immedjat. Is-self personali kollu mhux garantit u parzjalment garantit issa huwa disponibbli b’rata tal-imgħax ta’ 4.99%, filwaqt li s-self personali garantit qed jiġi offrut b’rata tal-imgħax ta’ 4.2%. Din l-offerta tibqa’ valida sat-30 ta’ Ġunju 2018.

Meta tkellem dwar l-offerta speċjali, Edward Grech, Chief Officer tal-Consumer Finance qal li din hija maħsuba biex tgħin aktar lill-klijenti li qed ifittxu l-finanzjament għall-proġetti personali tagħhom, kemm jekk huwa l-akkwist ta’ karozza ġdida, ix-xiri ta’ għamara jew xi proġett ta’ rinnovazzjoni fid-dar jew ix-xiri ta’ dgħajsa, biex insemmu ftit minnhom.

Is-Sur Grech tkellem ukoll dwar il-kopertura tal-ħajja bla ħlas li qed tiġi offruta mill-Bank mas-self personali kollu, kemm dak mhux garantit kif ukoll self li huwa parzjalment garantit.  Is-Sur Grech spjega li l-kopertura tal-ħajja qed tiġi offruta b’mod awtomatiku meta jiġi ssanzjonat is-self. Din tapplika għal bilanċi ta’ self sa EUR 25,000, meta l-applikant ikun fl-età ta’ bejn it-18 u d-69 sena.

B’din l-offerta, il-Bank of Valletta qed jagħti lill-klijenti tiegħu żewġ benefiċċji importanti – rata tal-imgħax ferm kompetittiva u kopertura tal-ħajja bla ħlas.  Kull min jixtieq ikun jaf aktar dwar l-Offerta Speċjali fuq is-Self Personali tal-BOV jew dwar il-kopertura tal-ħajja bla ħlas offruta mill-Bank of Valletta jista’ jikseb iktar tagħrif mill-fergħat kollha tal-BOV f’Malta u Għawdex..

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Lokali

Il-bank APS ġedded l-isħubija tiegħu ma’ Aġenzija Żgħażagħ; b’aktar opportunitajiet ta’ studju Il-bank APS qed jikkollabora ma’ Aġenzija Żgħażagħ biex iġib miegħu aktar opportunitajiet fl-ispeċjalizzazzjonijiet fil-karrieri għall-istudenti bejn it-18 u…

Lokali

Il-B2B Expo Malta, organizzata mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar, se jkollha parteċipazzjoni mill-kelliema internazzjonali Sir Clive Woodward, il-Coach Prinċipali li mexxa t-team tar-rugby tal-Ingilterra biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2003; Sahar…

Lokali

Il-Lombard Bank is-sena li għaddiet żied il-qligħ tiegħu għal seba miljuni u nofs qabel it-taxxa, żieda ta’ kważi miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel. Ir-riżultati tal-bank tħabbru fil-laqgħa ġenerali annwali…

Aktar