Barranin
OPEC tiddiskuti biex tnaqqas il-produzzjoni taż-żejt

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit.

L-Ewro żdied b’0.12% kontra d-Dollaru għal $1.1305 qabel ma ħarġu ċ-ċifri tal-inflazzjoni; sostenn mill-inqas rata tas-sessjoni ta’ $1.1263, u reżistenza fl-ogħla rata ta’ $1.1320.

L-Ewro żdied ukoll b’0.13% kontra l-Isterlina; 0.05% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.23% kontra l-Yen Ġappuniż u 0.27% kontra l-Frank Żvizzeru. Iżda l-munita unika tilfet 0.04% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Is-swieq kellhom bosta ċaqliq b’ħafna assi maġġuri jirriversjaw jew inaqqsu ż-żidiet bikrin hekk kif qorob il-ftuħ tas-suq finanzjarju fi New York. L-ishma bil-quddiem fl-Istati Uniti żdiedu wara tnaqqis, waqt li l-ishma pattew għal telf fl-Ewropa u tilfu fl-Asja.

Il-FTSE 100 żdied b’0.18%; l-iSTOXX 50 tilef 0.16%; id-DAX żdied b’0.14% u l-CAC 40 tbaxxa b’0.13%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.63% ogħla waqt lil-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied n’0.222%.

Fis-sessjoni tal-ishma lokali kien hemm żieda ta’ 0.60% fl-International Hotel Investments; 0.80% fil-FIMBank; 0.69% fil-MIDI u 1.79% fl-HSBC Bank Malta.

Il-PG u l-Grand Harbour Marina tilfu aktar minn 0.70%, b’tal-aħħar jitilfu 2.67% għal €0.73.

Fil-bonds lokali kien hemm żieda ta’ 0.86% fl-International Hotel Investments 2026 (It-Tieni Ħruġ); 0.45% fil-Pendergardens Developments 2022; 0.24% fit-Tumas Investments 2027 u 0.14% fil-Hili Properties 2025. Sadattant l-International Investments 2025, l-iStivala Group Finance 2027 u l-SD Finance tilfu aktar minn 0.25%.

Il-prezzijiet taż-żejt ipprovaw isibu l-livell stabbli wara rapporti li l-OPEC u sħabha qed jiddiskuti proposta biex inaqqsu l-produzzjoni sa 1.4 miljun barmil kuljum għal 2019. Il-Brent tela’ b’1.33% għal $66.34 u l-U.S. Light crude żdied b’1.22% għal $56.39.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.12% għal $1,201.25 u l-fidda tbaxxiet b’0.14% għal $13.9897.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti li huma meqjusa bħala siguri bħal Yen żdiedu llum wara ċifri batuti dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti u hekk kif is-swieq qed jittamaw li jkun hemm żviluppi fit-taħditiet kummerċjali…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.19% kontra d-dollaru għal $1.1304 wara li kien laħaq l-ogħla rata tas-sessjoni ta’ $1.1342. Il-munita unika kellha pressjoni fuqha minn statistika dwar il-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro li…

Barranin

Muniti Id-dollaru huwa ogħla għas-sitt jum u għal ftit ħin laħaq l-ogħla rata f’xahar hekk kif t-tħassib dwar it-tkabbir fl-Ewropa qed ikollu effett ħażin fuq l-ewro. L-Isterlina kisbet lura t-telf…

Barranin

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija…

Aktar