Barranin
Pass kajman għall-ekonomija Amerikana , il-Ġappun b’rata għolja ta’ impjiegi

Iċ-Chairman tal-Federal Reserve, Jerome Powell, nhar il-Ħamis qal li l-ekonomija tal-Istati Uniti ma tidhirx li qed timxi ‘l quddiem wisq, għalkemm huwa ssuġġerrixxa pass aktar mgħaġġel ta’ żidiet fir-rati tal-interessi matul l-2018.

Ir-rata tal-qgħad fil-Ġappun matul Jannar laħqet l-inqas livell f’25 sena, u l-postijiet tax-xogħol kienu l-ogħla f’20 sena. Statistika mill-Gvern turi tama lil dawk li jifformulaw il-politika li t-tisħiħ tal-irkupru ekonomiku ser iħajjar lil min iħaddem li jgħolli l-pagi.

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew għall-inqas livell f’ġimagħtejn illum wara li Donald Trump qal li l-Istati Uniti ser timponi tariffi fuq azzar u aluminju importat, u dan qajjem biża’ dwar gwerra kummerċjali dinjija.

Il-prezzijiet taż-żejt fl-Istati Uniti waqgħu llum għar-raba’ jum hekk kif is-swieq fl-Asja estendew il-bejgħ qawwi f’Wall Street wara li l-aħbar dwar il-pjani ta’ tariffi mill-Istati Uniti fuq l-azzar u l-aluminja qajmet il-biża’ kif diga għedna ta’ gwerra kummerċjali.

Il-prezzijiet tad-deheb telgħu ftit illum minħabba l-biża dwar l-impożizzjoni ta’ tariffi fuq l-azzar u l-aluminju mill-Istati Uniti.

Il-prezz tad-deheb kien riesaq lejn it-tieni ġimgħa infila ta’ telf wara li diġà tilef 0.9% s’issa.

Il-prezzijiet waqgħu għall-inqas livell mit-2 ta’ Jannar għal $1,302.61 fis-sessjoni preċedenti taħt pressjoni minn tamiet qawwija li ser jkun hemm aktar żidiet fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti milli kien maħsub qabel.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May matul il-jum kellha titkellem dwar il-pjani tagħha għal ftehim dwar Brexit ferm akbar u wiesa minn kwalunkwe “ftehim ta’ kummerċ ħieles fid-dinja” u kellha tgħid lill-Unjoni Ewropea li dan huwa “fl-interess komuni”. F’diskors mistenni ħafna li fiha l-Unjoni Ewropa tittama li toffri dettalji tal-pjani tagħha dwar il-futur Ingliż wara Brexit, May se tipprova tnaqqas it-tilwima dwar il-fruntiera mal-Irlanda li qed thedded li twaqqaf it-taħditiet.

Il-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun ġimgħa attiva f’termini ta’ indikaturi ekonomiċi. Nhar it-Tlieta titħabbar l-inflazzjoni fl-Iżvizzera. Il-Bank of Canada jħabbar l-interessi, waqt li l-Ewropa u l-Awstralja jagħtu ċ-ċifri dwar it-tkabbir ekonomiku nhar l-Erbgħa. L-Awstralja mistennija li turi li qed tespandi f’rata inqas mis-sena ta’ qabel. Nhar il-Ħamis il-Bank Ċentrali Ewropew iħabbar ir-rata ta’ intervent waqt li l-Kanada tħabbar ir-rata tal-qgħad nhar il-Ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta…

Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Aktar