Barranin
Produtturi taż-żejt jaqblu li jestendu t-tnaqqis rekord ta’ 9.7 miljun barmil żejt kuljum sa tmiem Lulju

Muniti

Il-parti l-kbira tal-muniti tal-pajjiżi membri tal-G10 tbaxxew hekk kif l-investituri ħadu l-profitti mis-sentiment ta’ riskju li deher fis-swieq fl-aħħar ġimgħat u d-dollaru Amerikan sab xi appoġġ u żdied kontra l-muniti ibbażati fuq il-prodotti għall-ewwel darba f’Ġunju.

L-aħħar kawża għal-qawmien fis-sentiment, li żied il-prezzijeit fuq is-swieq finanzjarji, kienet iċ-ċifra tal-impjiegi għal Mejju fl-Istati Uniti. Madankollu, yen aktar b’saħħtu qanqal ċertu ansjetà dwar il-laqgħa ta’ jumejn tal-Federal Reserve li bdiet aktar tard fil-jum.

L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u kontra l-ewro, u tilfet iż-żidiet tal-bieraħ f’mossa mqanqla mis-sentiment globali ta’ riskju kif ukoll mit-tħassib domestiku dwar il-Brexit u l-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomija Brittanika. L-Isterlina żdiedet 2.6% kontra d-dollaru dan ix-xahar hekk kif diversi pajjiżi ħerġin mill-miżuri tal-coronavirus u dan naqqas id-domanda għal munita Amerikana, meqjusa bħala waħda sikura.

Indiċi

Kien hemm waqgħa fl-ishma Ewropej illum hekk kif tnaqqis fl-ishma ċikliċi u fil-kumpanija British American Tobacco fixkel l-irkupru mqanqal minn ottimiżmu dwar l-irkupru globali mill-kiżi tal-coronavirus.

L-indiċi ewlenin f’Wall Street kienu resqin lejn tnaqqis fil-ftuħ tagħhom wara li n-Nasdaq għalaq  b’żieda record minħabba tamiet ta’ irkupru ekonomiku ta’ malajr mill-kriżi tal-coronavirus, bil-fokus mar fuq il-laqgħa tal-Federal Reserve.

Shares

Fis-suq lokali tal-ishma il-movimenti kienu mħallta. Il-Plaza Centres kienu quddiem fit-telf bi 3.06%, segwiti mill-MIDI li tilfu 2.56%. Simonds Farsons Cisk li għalqu bil-prezz ta’ €8.05 wara li tilfu 1.83%. L-RS2 Software għalqu negattivament b’1.74%.

Lombard Bank Malta avvanzaw b’0.92%, l-HSBC Bank Malta bi 2.08% u Tigne Mall mar l-aħjar b’żieda ta’ 3.66%.

Bonds

Il-movimenti ewlenin fis-suq tal-bonds lokali llum kienu pożittivi.

Il-Merkanti Holding 2026 żdiedu 0.80%, l-International Hotel Investments 2026 żdiedu 0.90%, l-International Hotel Investments  2023 avvanzaw 1.12%, Dizz Finance  2026 għalqu b’żieda ta’ 1.54%, l-SD Finance 2027 żdiedu 1.98% u l-Hili Properties 2025 u l-International Hotel Investments 2025 marru l-aħjar b’żieda ta’ 2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum minħabba dollaru aktar b’saħħtu u tħassib dwar provvista żejda wara li tħabbar li tliet pajjiżi produtturi fil-Golf Għarbi ser itemmu t-tnaqqis voluntarju fil-provvista.

L-OPEC, ir-Russja u produtturi oħrajn, nhar is-Sibt qablu li jestendu t-tnaqqis rekord ta’ 9.7 miljun barmil żejt kuljum sa tmiem Lulju. Madankollu, l-Għarabja Sawdija, il-Kuwajt u l-Emirati Għarab Magħquda wara qalu li mhux ser jestendu it-tnaqqis ta’ 1.18 miljun barmil li huma qed jagħmlu barra il-mira tal-OPEC u l-alleati.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu llum minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-ishma li qanqal is-sentiment favur id-deheb waqt li l-investituri stennew il-laqgħa tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar