Barranin
Prospetti ta’ rkupru mill-Covid għall-ekonomija Amerikana komplew isostnu d-dollaru

Muniti

L-ewro qed ikun innegozjat għal $1.19 hekk kif qed tikber it-tensjoni qabel id-deċiżjoni important tal-Federal Reserve. Il-bank ser jipprova jibbilanċja bejn it-tamiet ta’ tkabbir ekonomiku u l-beżgħat ta’ żieda fir-rati. L-ewro ntlaqat ħażin minħabba l-kwistjoni dwar il-vaċċin tal-AstraZenevca.

L-isterlina qed tiswa madwar $1.39 f’firxa dejqa hekk kif is-swieq qed jistennew id-deċiżjoni tal-Federal Reserve aktar tard fil-jum. Il-focus huwa fuq it-tbassir tal-bank għall-impjiegi, l-inflazzjoni u r-rati ta’ interessi li jistgħu jirriflettu fuq titjib fl-ekonomija. L-ewro kien deċiżivament aktar b’saħħtu kontra l-frank Żvizzeru u d-dollaru Awstraljan.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fl-Istati Uniti kellhom ftuħ ikrah illum għax l-investituri baqgħu lura milli jinvestu bil-kbir qabel d-deċiżjonijeit importanti mill-Federal Reserve.

Id-Dow Jones tilef 0.06%; l-S&P 500 0.53% u n-Nasdaq 1.46%. Indiċijiet ewlenin kienu f’territorju negattiv bil-FTSE 100 jitlef 0.5%. L-unika eċċezzjoni kien id-DAX li kien qed jiżdied xi ftit lejn l-għeluq tan-negozju. L-indiċi lokali tilef 1.44%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu deċiżament aktar baxxi bl-uniku sehem li jiżdied kien il-PG b’1%. F’territorju negattiv kien hemm Simonds Farsons Cisk bl-inqas telf 0.63%. L-0.63%. HSBC tilfu kważi 6%; il-Lifestar u t-Tigne Mall it-tnejn tilfu madwar 10%. L-HSBC u l-kapitalizzazzjoni tiegħu ġibed l-indiċi l-isfel aktar mill-ishma b’kapitalizzazzjoni iżgħar iżda b’telf perċentwali akbar.

Bonds

Il-bonds lokali kienu bejn wieħed u ieħor bilanċjati. Il-Mediterranean Investments żdied 2.61% . Il-bonds ta Eden Finance żdiedu 2% waqt li dawk ta’ Stivala għalqu 0.73% ogħla. F’territorju negattiv kien hemm telf bejn 0.5% u 1% fil-Hili, l-International Hotel Investments, Corinthia u Together Gaming.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz tad-deheb kompla jitbandal f’firxa fuq ġimgħa bejn il-livelli ewlenin tiegħu. Id-diretturi tal-Federal Reserve illejla jħabbru l-aspettattivi fit-tul dwar ir-rati tal-interessi fil-Projezzjonijiet Ekonomiċi tagħhom.

Il-metall tħabat biex jikkapitalizza fuq l-irkupru tal-aħħar xhur u ma setax jaqbeż il-firxa bejn l-$1,740 u l-$1,742. Il-prospetti ta’ irkupru aktar qawwi tal-ekonomija Amerikana mill-koronavirus komplew isostnu id-dollaru. Dan min-naħa l-oħra deher bħala fattur li llimita żieda fil-prezz tad-deheb.