Se jaslu, se jaslu… u ma waslux!

F’laqgħa f’Ġinevra, rappeżentanti tal-159 pajjiż membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-World Trade Organisation, WTO) kienu qrib ħafna l-bieraħ li jaslu għal ftehim dwar kummerċ ħieles li kien jagħti spinta lill-ekonomija dinija bi triljun dollaru Amerikan fis-sena u jiftaħ it-triq għal ftehim aktar wiegħsa. Iżda fallew fl-aħħar mumenti!

Id-diplomatiċi kienu qed jippruvaw jaslu għal ftehim qabel il-laqgħa tal-ministri tal-kummerċ li se ssir Bali, l-Indoneżja il-ġimgħa d-dieħla. Issa jridu jagħmlu l- sforz akbar biex il-ftehim jintlaħaq f’Bali ħalli jkun jista’ jagħmel ir-reġoli tal-kummerċ globali aktar favorevoli għal kulħadd. L-isforzi ilhom sejrin għal dawn l-aħħar 12-il sena.

Dak li kien diskuss f’Ġinevra kellu l-għan, fost kollox, li jnaqqas id-dewmien u lp0ineffiċjenzi fil-fruntieri nazzjonali u hekk il-prodott ikun jista’ jimxi b’inqas burakrazija. Skont Jeffrey Schott, konsulent anxzjan fil-kummerċ globali fil-Peterson Institute for International Economics, ftehim bħal dan jkabbar l-ekonomija b’kemm jiswew triljun dollar Amerikan u jżomm 21 miljun persuna fl-impjieg.

In-nuqqas ta’ ftehim globali, madankollu, ma żammx lil pajjiżi individwali jfittxi ftehim bejniethom fuq bażi bi-laterali. Iżda l-esperti jgħidu li jekk jibqa’ ma jintlaħaqx ftehim globali taħt il-kappa tal-WTO, l-agħar li jmorru se jkunu l-pajjiżi l-foqra.