Barranin
Sentiment ekonomiku pożittiv mistenni jgħin lil Merkel tgħaqqad koalizzjoni

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro żdied b’nofs fil-mija kontra d-dollaru llum u riesaq lejn l-akbar żieda f’ġurnata f’xahar hekk kif l-investituri reġgħu bdew jixtru assi riskjużi fl-Ewropa għax qed jistennew li t-tkabbir ekonomiku ser jibqa’ b’saħħtu. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata fi kważi tliet ġimgħat kontra l-ewro llum, wara li l-inflazzjoni fir-Renju Unit kienet ftit inqas minn dik mistennija, u għalhekk dgħajfet il-kaz għal aktar żidiet fir-rati tal-interessi.

Indiċi

Id-Dow Jones fetaħ 0.30% inqas għax it-tħassib dwar il-pjani fiskali Repubblikani u l-abbilità tal-ekonomija li taċċetta aktar żidiet fir-rati tal-interess tefgħu pressjoni fuq is-sentiment tal-investituri. Il-FTSE 100 żdied b’0.15% waqt li l-iSTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 tilfu 0.41%, 0.22% u 0.41% rispettivament.

Ishma Lokali

Kien hemm bosta movimenti fis-suq tal-ishma lokali llum bil-GO u l-RS2 Software jiżdiedu b’1.95% u 1.41% rispettivament. F’territorju negattiv kien hemm il-Malta International Airport b’0.85% u l-International Hotel Investments b’1.59%.

Bonds lokali

Is-sessjoni tal-bonds lokali illum kienet pjuttost attiva. L-AX Investments 2024 u l-International Hotel Investments 2025 għalqu f’territorju pożittiv u żdiedu b’0.45% u 0.29% rispettivament. Il-PTL Holdings 2024 kien l-akbar tellief bi 2.40%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-inflazzjoni fir-Renju Unit żammet bla mistenni soda matul Ottubru, u żvijat lill-Bank of England u qajmet mistoqsijiet ġodda dwar kemm malajr il-bank ċentrali ser iżid ir-rati tal-interessi wara ż-żieda dan ix-xahar. L-Istitut ZEW qal li l-moral tal-investitur fil-Ġermanja żdied matul Novembru u l-prospetti għall-ekonomija baqgħu “pożittivi u inkorraġġanti” minħabba l-livelli għolja ta’ tkabbir madwar l-Ewropa. Il-Ġermanja qed tgawdi minn tkabbir xprunat minn infiq mill-konsumatur, mgħejjun minn impjiegi f’livell għoli rekord, inflazzjoni moderata u spejjeż ta’ self baxxi ħafna. Ir-riżultat huwa żieda fid-dħul mit-taxxa u bilanċ fil-baġit, li għandu jgħin lill-Kanċillier Angela Merkel tgħaqqad koalizzjoni bejn tliet partiti fil-ġimgħat li ġejjin.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew għat-tielet jum wara l-ieħor hekk kif in-negozjanti u l-investituri qed jitħassbu dwar kemm il-prospetti ta’ aktar żieda fil-produzzjoni fl-Istati Uniti tista’ ċċajpar ftit mill-ottimiżmu li t-tnaqqis mmexxi mill-OPEC inaqqas il-bilanċ bejn il-provvista taż-żejt mhux maħdum u d-domanda. Id-deheb tbaxxa għall-inqas prezz f’ġimgħa wara li d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan laħaq livelli għolja ġodda għax l-investituri qed jaħsbu dwar żieda fir-rati tal-interessi x-xahar id-dieħel. Iżda it-telf fil-prezz tad-deheb kien limitat minħabba l-inċertezza li qed tiżdied dwar il-prospetti tat-tkabbir fl-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar