Lokali
Simon Vaughan Johnson se jkun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta’ HSBC Malta

Il-Bank HSBC Malta ħabbar li Simon Vaughan Johnson (xellug) se jilħaq minflok Andrew Beane (lemin) bħala Kap Eżekuttiv u Direttur Eżekuttiv ta’ HSBC Malta.

Dan hekk kif Andrew Beane se jkun qed jieħu rwol ġdid fi ħdan il-Grupp HSBC bħala Chief of Staff and Transformation, Europe.

Vaughan Johnson, bankier internazzjonali b’iktar minn 30 sena ta’ esperjenza, bħalissa hu Senior Risk Management Executive u Membru tal-Executive and Risk Committees, HSBC Franza.

Hu serva f’għadd ta’ karigi għolja fl-HSBC, inkluż bħala l-Uffiċjal Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Middle East Limited, il-Kuwajt u l-Kap Reġjonali ta’ Commercial Banking, HSBC Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. Hu okkupa wkoll il-pożizzjoni ta’ Deputat Kap Eżekuttiv u Uffiċjal Kap Operattiv HSBC Urugwaj, dak ta’ Kap Operattiv u Direttur tal-Bank Privat HSBC, Guernsey, Head of Global Transaction Banking, HSBC Franza u Senior Executive, Global Commercial Banking, HSBC Hong Kong.

Il-Bord tad-Diretturi esprima l-gratitudni tiegħu lejn Andrew Beane għas-servizz iddedikat u professjonali li ta lill-Bank sa minn Novembru 2015.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Lokali

Din hi ħarsa ħafifa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum it-Tlieta 24 ta’ Marzu 2020. L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-ġurnal l-Orizzont nsibu storja li tgħid li l-għajnuna tal-Gvern lill-intrapriżi se tiżdied. Il-gazzetta…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum hekk kif kumpaniji u investituri fittxew l-aktar munita likwida, hekk kif it-tħassib dwar ħsara ekonomika kompla jbaxxi s-sentiment ta’ riskju. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas livell kontra d-dollaru…

Barranin

Muniti It-tħabbira ta’ aktar miżuri ta’ illaxkar monetarju mill-Federal Reserve serviet biex tkabbar l-ansjetà ta’ xi investituri dwar kemm effettivament dawk li jfasslu l-politika ser ikunu kapaċi biex inaqqsu l-ħsara…

Aktar