Statistika dgħajfa dwar id-djar taffettwa ħażin lid-dollaru

Id-dollaru llum tbaxxa għat-tieni jum kontra r-rivali tiegħu minħabba dħul inqas mill-bonds tat-Teżor wara statistika dgħajfa dwar id-djar hekk kif l-investituri qed iħejju għal-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Federal Reserve fejn mistenni li jkun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi għall-ewwel darba f’10 snin.

Waqt li s-swieq qed jistennew tnaqqis ta’ 25 punt bażi, xi investituri qed jistennew tnaqqis ta’ 50 punt bażi. Il-Federal Reserve mistenni li jbaxxi r-rati b’75 punt bażi sa tmiem is-sena. Minkejja l-aspettativa dejjem tikber ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi fl-Istati Uniti, l-ewro baqa’ mwaħħal f’firxa dejqa ta’ negozju fil-jiem riċenti madwar $1.12 hekk kif l-investituri stennew li l-Bank Ċentrali Ewropew isegwi l-passi tal-Federal Reserve.

L-Isterlina żdiedet llum wara statistika aħjar milli mistennija dwar il-bejgħ bl-imnut u hekk kif l-investituri ħadu l-profitt wara l-waqgħa ta’ din il-ġimgħa fost tħassib ġdid dwar it-theddida ta’ Brexit bla ftehim.

Indiċi

L-ishma tat-teknoloġija kienu fuq quddiem fil-waqgħa tal-ishma fl-Ewropa hekk kif il-kumpanija tas-softwer SAP irrapurtat riżultati fqar u kienet l-aħħar kumpanija li titkellem dwar l-impatt tal-gwerra kummerċjali li għaddejja bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina fuq id-dħul tagħha. Waħda mill-aqwa kumpaniji tat-teknoloġija Ewropea, is-SAP naqset 6.9% wara li għarrfet lill-investituri li ser ikollhom jistennew għal titjib maġġuri fin-negozju għax il-kumpanija rraportat tnaqqis ta’ 21% fil-profitt operattiv ta’ tliet xhur. Dan wassal biex id-DAX jitlef 0.60%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu b’mod ġenerali pożittivi b’Simonds Farsons Cisk jireġistraw l-akbar żieda ta’ 3%. FIMBank avvanzaw 2.44%, il-Malta International Airport 2.14%, il-Malita Inmvestments 0.58%, l-RS2 Software 0.56% u l-GO 0.44%. L-ishma tal-PG għalqu fil-prezz ta’ €1.60.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024 żdiedu b’1.96% segwiti mill-Bank of Vallettas 2030 (it-tieni serje) b’1.82%. Il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) avvanzaw b’1% u l-Ħal Mann Vella Group 2024 għalqu b’żieda ta’ 0.96%. Il-Bank of Valletta 2020 żdiedu b’0.50%. Il-Medserv 2020/23 u Tum Finance 2029 it-tnejn tbaxxew b’0.98% u 0.90% rispettivament.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’madwar 1% wara li l-Iran qal li ħataf tanker taż-żejt barrani fil-Golf Persjan fost tensjoni li qed tikber bejn Tehran u l-Punent dwar is-sikurezza tat-tbaħħir fl-Istrett ta’ Ħormuż, passaġġ vitali għall-esportazzjoni taż-żejt. Il-Brent żdied b’57 cents għal $64.23 wara li kien laħaq l-ogħla prezz tas-sessjoni ta’ $64.46.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro avvanza wara li kien rreġistra l-akbar waqgħa f’ġimgħa fi kważi xahrejn hekk kif reġa’ daħal is-sentiment ta’ riskju fis-swieq globali wara ġimgħa ta’ taqlib, għalkemm l-investituri kienu xorta attenti…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

L-Isterlina llum baqgħet qrib l-inqas rata f’sentejn u nofs għax it-tħassib dwar Brexit bla ftehim ddomina s-sentiment minkejja statistika li wriet li t-tkabbir fil-pagi fir-Renju Unit tela’ għall-ogħla livell fi…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar