Barranin
Statistika dwar il-pagi terġa’ tagħti daqqa l-isfel lill-isterlina

L-ewro llum qabeż id-$1.24 għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat wara li dejta ekonomika tajba ferm miċ-Ċina u tnaqqis fit-tħassib dwar aktar attakki Amerikani fis-Sirja reġgħu qanqlu s-sentiment ta’ riskju, għalkemm l-istħarriġ ta’ kull xahar juri tnaqqis fis-sentiment tal-investitur Ġermaniż.

L-isterlina telgħet għall-ogħla rata minn meta r-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea fl-2016, sakemm statistika dwar il-pagi, li kienet dgħajfa aktar milli mistenni, reġgħet ġibdet ‘l isfel il-munita. Il-lira żdiedet għall-ogħla rata fi 22 xahar kontra d-Dollaru, xprunata minn influss staġjonali minn kumpaniji barranin li bgħatu dividends lill-azzjonisti Brittaniċi u minħabba li qed jonqos it-tħassib dwar il-mod diżordni li bih r-Renju Unit ħiereġ mill-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla.

L-irkupru tal-isterlina ġie mfixkel minn statistika dwar is-suq tax-xogħol li wriet li d-dħul reali tal-ħaddiema żdied inqas milli kien imbassar matul it-tliet xhur li għalqu fi Frar, għalkemm ftit analisti jistennew li dan ser idewwem ż-żieda fir-rati tal-interess li hija mistennija x-xahar id-dieħel.

Id-dollaru Kanadiż issoda kontra dak Amerikan, u żamm mal-ogħla rata f’seba’ ġimgħat milħuqa l-ġimgħa l-oħra, hekk kif investituri studjaw l-istatistika dwar il-manifattura li kienet aħjar milli mistennija qabel ma għada l-Bank of Canada jieħu d-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi.
Il-produzzjoni industrijali Kanadiża kibret b’1.9% fi Frar minħabba bejgħ akbar mill-industrija tat-tagħmir tat-trasport. L-analisti kienu qed jistennew żieda ta’ 1.00%.

Id-dollari tal-Awstralja u ta’ New Zealand ma kellhom ebda ċaqliq hekk kif l-aħħar statistika miċ-Ċina kienet mħallta, għalkemm it-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja rnexxielha taqbeż it-tbassir għat-tkabbir fl-ewwel tliet xhur.

L-ishma fl-Ewropa żdiedu hekk kif naqas it-tħassib dwar it-tensjoni bejnl-Istati Uniti u r-Russja bl-attenzjoni tmur fuq ir-rapporti finanzjarji mill-kumpanniji għall-ewwel tliet xhur u ftehimiet ta’ negozju. Id-DAX kien qed jiżdied b’1% matul wara nofsinhar kif kien qed jagħmel id-Dow Jones. L-indiċi Ġappuniż, TOPIX, tilef 0.36%. l-indiċi tal-Borża ta’ Malta naqas ukoll b’0.32%.

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma lokali kellhom ċaqliq fiż-żewġ direzzjonijiet. L-RS2 Software, il-Plaza u l-MIDI kollha żdiedu qrib it-2.00% waqt li l-PG plc żdiedet bi kważi 1.00%. Fin-naħa negattiva kien hemm tnaqqis ta’ 1.73% fl-HSBC, 2.5% fl-International Hotel Investments u 2.63% fit-Trident.

Il-bonds kienu aktar konservattivi hekk kif l-International Hotel Investement żdiedu b’1.00%. Fin-naħa negattiva, Stivala Group u l-BOV tilfu madwar 0.5%.

Il-prezz tafd-deheb waqa’ jekk kif żdied is-sentiment favur ir-riskju li iffavorixxa assi ċikliċi, għalkemm it-telf kien limitat bil-waqgħa tad-dollaru kontra basket ta’ muniti.

Il-ġimgħa li għaddiet id-deheb kellu l-ogħla żieda f’xahrejn u nofs hekk kif kibret it-tensjoni dwar is-Sirja u s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra r-Russja qajmu tnaqqis fil-prezz tal-ishma u kabbru l-interess f’assi meqjuża bħala siguri. Dawn iż-żidiet iżda ma nżammux.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur illum hekk kif tnaqqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u dan ħajjar l-investituri biex ikabbru s-sentiment favur il-munita Amerikana. L-investituri…

Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Aktar