Barranin
Statistika dwar l-impjiegi ssallab lid-Dollaru Awstraljan

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif qed jikber it-tħassib dwar l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv li tista’ twassal għall-ħruġ diżordinat mill-Unjoni Ewropea. Boris Johnson, li jinsab quddiem nett biex jilħaq flok Theresa May, qal  li huwa jrid joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fi tmiem Ottubru anke jekk dan ifisser li joħroġ mingħajr ftehim.

Id-Dollaru Awstraljan kien l-akbar tellief illum wara li statistika dwar l-impjiegi wasslet għal stennija ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi, waqt li t-tħassib tal-investituri dwar l-attakki fuq żewġ tankers fil-Golf ta’ Oman wkoll sostna d-domanda għall-Yen Ġappuniż.

Indiċi

Żieda fil-prezzijiet tal-ishma tat-telekomunikazzjoni wara li l-Ġermanja temmet l-irkant dwar l-ispettru tal-5G mobdile wasslet għal żieda fl-ishma Ewropej, wara ftuħ dgħajjef hekk kif l-investituri qed ikomplu jitħassbu dwar it-tensjonijiet kummerċjali globali.

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum, immexxija mill-ishma tas-settur tal-enerġija, bit-tamiet ta’ tnaqqis fir-rata tal-interessi jżidu mas-sentiment tajjeb. Id-Dow Jones żdied b’0.12% u wara kien qed juri żieda ta’ 0.44%.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu mħallta bil-MaltaPort ikollhom l-akbar ċaqliqa b’żieda ta’ 5.7%. Il-MDI żdiedu b’1.67% u l-GO b’0.44%.

F’territorju negattiv kien hemm il-Malta Properties Company bi tnaqqis ta’ 1.56%, segwiti minn Plaza Centres b’1.50% u l-Bank of Valletta b’0.39%.

Bonds

Ftit kien hemm movimenti reġistrati fil-bonds lokali bil-Von der Heyden Group Finance 2024 juru żieda ta’ 1.77%, segwiti minn Stivala Group Finance 2027 b’0.48% u l-SP Finance 2029 b’0.10%.

Il-Bortex Group Finance 2027 tilfu 1.07% u l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ_ b’0.28%.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu b’4% wara l-attakki fuq iż-żewġ tankers fil-Golf tal-Oman qrib l-Iran u l-Istrett ta’ Ħormuż li minnu jgħaddu wieħed minn ħamsa tal-konsum globali.

Id-deheb tela’ għall-ogħla prezz f’ġimgħa sostnut minn stennija ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve wara inflazzjoni baxxa li wkoll kellha effett negattiv fuq id-Dollaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar