Statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti tgħin lid-dollaru

Statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti għenet lid-dollaru fuq il-muniti oħrajn ewlenin, u waqqfet il-ħruġ riċenti mid-dollaru waqt li sostniet lill-muniti Asjatiċi hekk kif l-investituri naqqsu t-tħassib tagħhom dwar l-ekonomija globali.

Stħarriġ differenti juru li l-akbar ekonomija fid-dinja tinsab aħjar milli kienu jaħsbu l-investituri. L-attività fis-settur tas-servizzi aċċellera matul Awwissu u dawk li jħaddmu qabdu aktar persuni milli kien msitenni. Dan ikkontribwixxa għar-riskju fix-xiri tal-munita, fil-bonds u fis-swieq finanzjarji mgħejjuna mill-aħbar li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser ikomplu bit-taħditiet ix-xahar id-dieħel.

L-ishma Ewropej ma wrew ebda ċaqliq illum wara żewġ sessjonijiet ta’ żidiet, hekk kif l-effetti tas-sinjali tajbin dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-politika l-Ewropea battew, bl-attenzjoni tal-investituri iddur lejn iċ-ċifri tal-impjiegi fl-Istati Uniti li kienu mistennija tard illum.

L-iSTOXX 600 ma kellu ebda bidla wara li beda xi ftit aktar baxx bil-FTSE 100 jitlef hekk kif tbaxxew il-prezzijiet tal-kumpaniji tal-minjieri.
It-tkabbir fl-impjiegi fl-Istati Uniti aktarx li naqqas ir-ritmu matul Awwissu, iżda l-pass taż-żidiet baqa suffiċjenti biex iżomm l-ekonomija tespandi moderatament fost theddid li qed jikber mit-tensjonijiet kummerċjali u dgħufijiet barra mill-pajjiż li ħallew lis-swieq finanzjarji jibżgħu minn riċessjoni.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu sodi llum bil-prezzijiet ta’ referenza resqin lejn żieda għal bosta ġimgħat fost tnaqqis kbir fil-ħażniet Amerikani, waqt li t-tensjonijiet kummerċjali naqsu wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qablu li jkomplu t-taħditiet.

Iż-żewġ prezzijiet baqgħu telgħin u neżlin fin-negozju fl-Asja fil-Brent riesaq lejn ir-raba ġimgħa ta żieda waqt li l-United States West Texas intermediate riesaq lejn it-tieni ġimgħa ta’ żidiet.

Il-prezzijiet tad-deheb baqgħu taħt pressjoni wara li tnaqqis ta 2% fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif statistika tajba ferm Amerikana nkorraġiet it-tluq lejn assi b’riskju u laqtet id-domanda għad-deheb.

Il-prezz tilef 0.3% għal $1,514.90 waqt li ilbierah tbaxxa lejn l-$1,509.03 wara statistika tajba mill-Istati Uniti. It-telf ressaq id-deheb lejn it-tieni ġimgħa konsekuttiva ta’ telf.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum żdied wara li s-sentiment tal-investitur fil-Ġermanja tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu. L-istħarrig mill-Istitut ZEW dwar is-sentiment ekonomiku tela għal 71.5 minn 59.3 tax-xahar ta’ qabel, ferm…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta kul nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Tnaqqis ta’ 10% fil-valur tad-dollaru Amerikan minn Marzu xpruna r-ritorn għall-investituri barranin fl-akbar suq tal-bonds tal-gvern…

Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

L-Isterlina avvanzat 0.5% kontra dollaru aktar dgħajjef hekkkif il-pakkett ta rkupru minħabba l-Coronavirus waqa fil-Kungress u tbaxxa d-dħul mill-bonds tal-Gvern Amerikan. L-Isterlina telgħet għal-livell ta’ qabel il-pandemija u kienet qed…

Aktar