Barranin
Statistika fqira miż-żona tal-ewro kabbret l-ispekulazzjoni li l-politika monetarja ser tibqa’ laxka

Muniti

Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa.

L-ewro tbaxxa b’0.36% kontra d-dollaru għal $1.0795 kmieni fil-jum, l-ewwel waqgħa taħt id-$1.08 mill-21 ta’ April 2017. L-Istitut ta’ riċerka Ġermaniż, iż-ZEW, qal fl-istħarriġ ta’ kull xahar tiegħu li s-sentiment tal-investitur ħżien aktar milli mistenni matul Frar minħabba tħassib li l-coronavirus jolqot ħażin il-kummerċ internazzjonali.

L-istħarriġ żied mal-aspettattiva li l-ekonomija Ġermaniża ser titlef aktar momentum fl-ewwel nofs tas-sena hekk kif tnaqqis fl-esportazzjoni iżomm lill-fabbriki f’riċessjoni. Xi ekonomisti jibżgħu li l-coronavirus, li qed jolqot il-katina ta’ provvista globali u d-domanda miċ-Ċina, ser jirriżulta fi tkabbir aktar dgħajjef tal-ekonomija Ġermaniża fl-ewwel tliet xhur tas-sena. L-ewro tilef madwar 3.7% tal-valur tiegħu kontra d-dollaru, l-agħar rendiment tiegħu minn sena għal sena f’ħames snin. Statistika fqira miż-żona tal-ewro kabbret l-ispekulazzjoni li l-politika monetarja ser tibqa’ laxka għal żmien itwal milli mistenni.

L-Isterlina għoliet aktar mil-livell ta’ $1.30 wara li l-Ministru tal-Finanza Ingliż, Rishi Sunak, qal li ser iħabbar il-baġit kif kien ippjanat fil-11 ta’ Marzu. Il-predeċessur tiegħu, Sajid Javid, irriżenja bla mistenni f’taqliba fil-gvern l-ġimgħa li għaddiet u dan qajjem mistoqsijiet dwar jekk il-baġit ikunx fl-istess data. Il-lira, li aktar kmieni tilfet kontra d-dollaru u kontra l-ewro, minħabba veduti konfliġġenti mir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar in-negozjati kummerċjali, imbagħad dawret it-tnaqqis biex tidħol f’territorju pożittiv għal jum.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew illum hekk kif twissija dwar id-dħul mill-kumpanija Apple Inc beżżgħet lis-settur tat-teknoloġija, u laqgħet bil-kbir lill-manifatturi tal-parts tal-iPhone u juri l-impatt tal-imxija tal-coronavirus fuq il-katina tal-provvista globali. L-ishma tal-Apple fil-borża ta’ Frankfurt tilfu kważi 5% wara li l-kumpanija qalet li mhux ser tilħaq l-estmi tal-bejgħ tal-ewwel kwart tas-sena minħabba l-epidemija, li qatlet aktar minn 1,800 u għalqet bosta fabbriki.

L-ishma tat-teknoloġija baxxew lil Wall Street anke minħabba t-twissija minn Apple li kabbret it-tħassib dwar l-impatt tal-virus fuq l-katina tal-provvista globali.

Ishma Lokali

L-ishma lokali llum kienu b’mod ġenerali f’territorju pożittiv bit-Tigne Malta biss ikollu tnaqqis ta’ 2.22%. L-International Hotel Investments żdiedu 0.63%, l-RS2 Software b’0.96% u l-HSBC Bank b’4.76%.

L-aktar żieda kienet fis-Santumas Shareholdings żdiedet għal €1.50, żieda ta’ 7.14%. Il-Bank of Valletta kienu negozjati bla bidla fil-prezz.

Il-bonds illum kienu mħallta bl-International Hotel Investments tilfu 0.92%, l-iStivala Group Finance 2029 tilfu 0.67%, it-Together Gaming Solutions 2024-2026 b’0.20% u l-Hili Finance Company 2029 b’0.05%. F’territorju pożittiv kien hemm il-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-Mercury Projects Finance 2031 it-tnejn żdiedu b’0.20% u l-AX Group 2029 It-Tieni Serje żdiedu b’0.47%.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa għal taħt is-$57, taħt il-pressjoni tat-tħassib tal-impatt tal-coronavirus fuq id-domanda taż-żejt mhux raffinat u nuqqas ta’ aktar azzjoni mill-OPEC u l-alleati biex isostnu s-suq.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla prezz f’ġimagħtejn hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara t-twissija minn Apple li kabbret il-beżgħat dwar l-impatt tal-coronavirus fuq it-tkabbir ekonomiku globali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum tbaxxa hekk kif muniti aktar riskjużi rkupraw minħabba tamiet li l-għeluq tan-negozji qed inaqqas il-firxa tal-coronavirus f’xi pajjiżi. L-isterlina kelha rkupru fis-swieq riskjużi li inkorraġġew xi bejgħ…

Lokali

Muniti Id-dollaru Amerikan ma kellu ebda moviment kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, għalkemm kompla biż-żieda tiegħu kontra l-yen Ġappuniż hekk kif ir-rata ta’ mwiet fl-Ewropa minħabba l-coronavirus tbaxxiet, waqt li…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Aktar