Stħarriġ dwar in-negozju jaffettwa ħażin l-ewro

L-ewro tilef iż-żidiet bikrin illum wara li diversi stħarriġ dwar in-negozju wrew li l-momentum ekonomiku fiż-żona tal-ewro qed jistaġna, qabel l-aħħar konferenza stampa minn Mario Draghi bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

L-ewro ma kellu ebda movement wara d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. Qabel kien tilef xi żieda wara li l-indiċi tal-maniġers tax-xiri tal-fabbriki kien dgħajjef aktar milli mistenni. L-ewro isarraf $1.1126 wara li fil-bidu kien qed jiġi nnegozjat bir-rata ta’ $1.1163.

Il-Krona Żvediża żiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru minn nofs Awwissu u kellha żieda ta’ 0.7% kontra l-ewro wara li r-Riksbank żamm mal-pjan tiegħu li jżid l-interess f’Diċembru, għalkemm qal li l-pass tar-rati wara dan ma kenitx ċara. Il-Bank Ċentrali Żvediż żamm ir-rata 0.25% taħt iż-żero (-0.25%).

Indiċi

L-ishma Ewropew issaħħew wara riżultati tajbin ferm minn kumpaniji Ġermaniżi li bbilanċjaw it-tbassir ikrah dwar il-profitti min-Nokia u għadd imħallat ta’ indikaturi dwar is-sentiment tan-negożju qabel il-laqgħa tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-prezzijiet futuri tal-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn żieda modesta bl-iktar ġurnata ta’ attività għar-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji għat-tliet xhur li għalqu f’Settembru. Id-Dow Jones, l-S & P 500 u n-Nasdaq kollha resqin lejn ġimgħa pożittiva.

Local Equities

Fl-ishma lokali, il-FIMBank żdiedu b’1.59%; il-GO tilfu 0.46%; l-International Hotel Investments żdiedu bi 8.97%; il-Medserv tilfu 3.23%; il-MIDI ukoll tbaxxew bi 2.00%. L-ishma tal-PG tilfu 1.07% u t-Trident Estates tilfu 13.98%.

Bonds

Kienet ġurnata negattiva fil-qasam tal-bonds lokali fejn dawk negozjati kollha sofreew telf. L-AX Investments 2024 tilfu 2.61%; il-Hili Properties 2025, 1.87%; l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ) Fungible Issue b’1.22%; il-Mercury Projects Finance 2027 naqsu b’1.11%; il-Hili Finance Company 2028 b’0.99%; il-Bank of Valletta 2026- 2031 tilfu 0.97% u l-Mercury Projects Finance 2031 tbaxxew b’1.14%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar