Barranin
Stqarrija tal-Prim Ministru Taljan taffettwa l-Ewro

Id-Dollaru tbaxxa fost irkupru fit-teħid tar-riskju hekk kif l-ispekulazzjoni dwar ftehim possibli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Italja u l-approvazzjoni tal-mexxejja tal-Unjoni tal-ftehim Brexit saħħaħ is-sentiment tal-investitur u l-munita unika.

L-Ewro wera żieda ta’ 0.21% kontra d-Dollaru għal $1.1362 biż-żewġ muniti jnaqqsu ż-żieda wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qal li jista’ jkun hemm aġġustament fil-baġit tal-pajjiż; l-ottimiżmu tbaxxa wara li l-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew Peter Praet ikkumenta dwar is-sitwazzjoni fl-Italja u nnota xi tnaqqis fil-pass tat-tkabbir fiż-żona tal-Ewro;waqt li s-sentiment baqa’ baxx hekk kif l-Ewro tħabat biex jilħaq $1.1400.

Il-munita unika żdiedet 0.48% kontra l-Yen u 0.17% kontra l-Frank Żvizzeru. L-Ewro tilef 0.05% kontra l-Isterlina; 0.09% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.01% kontra d-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani avvanzaw flimkien mal-ishma fl-Ewropa u fl-Asja hekk kif l-investituri dehru aktar ottimisti dwar ir-rati tal-interessi u l-kummerċ fl-isfond ta’ ġimgħa mill-agħar fis-swieq. Il-bonds tat-Teżor Amerikan tbaxxew waqt li irkupraw dawk Taljani u Griegi.

L-investituri issa jdawru l-fokus tagħhom lejn id-diskors mill-membri tal-Federal Reserve din il-ġimgħa u l-minuti tal-laqgħa li tiffissa l-politika monetarja li jistgħu jagħtu ħjiel dwar ir-rati fl-2019. L-investituri jinteressawhom ukoll it-taħditiet importanti bejn il-President Xi Jinping taċ-Ċina u l-President Trump qabel iż-żieda li tmiss fit-tariffi.

Il-FTSE 100 żdied b’0.70%; l-iSTOXX 50 b’0.05%; id-DAX b’1.13% u l-CAC 40 b’0.75%.  Id-DAX fetaħ 1.29% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.279 fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Medserv, l-International Hotel Investments, il-Mapfre Middlesea, il-Plaza Centres u l-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 0.70% bil-Medserv juru l-akbar żieda,  dik ta’ 4.35% biex jagħlqu €1.20.

Il-Malta International Airport ma wrew ebda żieda waqt li l-GO tilfu aktar minn 1.00%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2020, l-International Hotel Investments 2021, il-Virtu Finance 2027, l-Exalco Finance 2028 u l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’aktar minn 0.20%.

Min-naħa l-oħra is-6PM Holdings 2025 u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu aktar minn 0.40%.

Commodities

Iż-żejt Brent żdied bi 2.01% għal $60.00 kull barmil waqt li l-U.S.Light Crude wera żieda ta’ 1.43% għal %51.16.Brent crude oil rose Sadanitant, id-deheb kellu żieda ta’ 0.15% għal $1,224.95 waqt li l-fidda żdied b’0.29% għal $14.3336.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Barranin

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal…

Aktar