Taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaffettwaw lid-dollaru

Id-dollaru llum tbaxxa kontra l-muniti ewlenin hekk kif l-investituri kienu qed jistennew żviluppi ġodda fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Hekk kif l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jaħdmu biex inaqqsu d-differenzi tagħhom biżżejjed biex jiffirmaw l-ewwel fazi ta’ ftehim kummerċjali anke sa dan ix-xahar, it-tamiet ta’ żvilupp importanti kabbru s-sentiment fis-swieq finanzjarji globali.

Iżda wara żidiet kbar ilbierah, li inkludew it-tisħiħ fil-yuan Ċiniż għall-ogħla rata fi tlitt xhur kontra d-dollaru, is-swieq ħadu atteġjament ta’ stennija. Dan is-sentiment kien rifless fis-swieq tal-ishma globali, li stabilizzaw rwieħhom wara rkupru ta’ tlitt ijiem.

L-ewro issaħħaħ xi ftit għal $1.1084 wara li tilef 0.5% ilbieraħ.

Indiċi

L-ishma Ewropej ħadu n-nifs illum wara li kienu laħqu l-ogħla limitu f’erba snin fis-sessjoni preċedenti, hekk kif taħlita ta’ rapporti finanzjarji dwar il-kumpaniji u statistika dgħajfa mis-settur tas-servizzi miż-żona tal-ewro kellhom effett kuntrarju fuq is-sentiment.

L- S&P 500 u d-Dow Jones fethu qrib livelli għolja rekord hekk kif l-istaġun tajjeb ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpaniji u ottimiżmu dwar fthim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, wasslu għal irkupru f’Wall Street.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Bank of Valetta tbaxxew b’0.90%; il-BMIT Technologies tilfu 1.89%; il-GO b’0.92%. Il-Mapfre Middlesea avvanzaw bi 2.80%; il-MIDI bi 3.62% u l-RS2 Software bi 2%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mariner Finance 2024 tilfu 1.37%; il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.98%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.48%; il-Mercury Projects Finance 2027 b’0.50%. L-iStivala Group Finance 2027 kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 0.96%; it-Tum Finance 2029 żdiedu b’0.03% u l-Hili Finance Company 2029 tilfu 0.01%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew wara li kien hemm żieda aktar milli mistenni fil-ħażniet Amerikani u ċifri ekonomiċi dgħajfa miż-żona tal-ewro, u dan wassal għal telf ta’ wħud miż-żidiet tat-tliet sessjonijiet preċedenti.

Il-prezz tad-deheb żdied llum, u irkupra xi telf wara kważi tnaqqis 2% fis-sessjoni preċedenti, hekk kif waqaf irkupru fl-ishma u r-riżultat tat-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jidher inċert għal darb’oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar