Barranin
It-tama għal ftehim bejn ir-Renju Unit u l-UE saħħet l-isterlina

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru ssaħħaħ u tbiegħed mill-inqas rata f’xahrejn milħuqa kmieni din il-ġimgħa, hekk kif l-investituri dehru ċerti li l-Federal Reserve ser ikompli inaqqas il-pjan ta’ stimulu s-sena d-dieħla hekk kif tjiebu l-prospetti tat-tkabbir. L-isterlina issaħħet għall-ogħla rata f’sitt xhur hekk kif kibru t-tamiet ta’ ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea f’summit ix-xahar id-dieħel.

Indiċi

L-istokks Ewropew illum warrbu sessjoni dgħajfa fl-Asja biex avvanzaw hekk kif l-investituri qalbu mis-setturi li l-aktar marru tajjeb din is-sena għal ismijiet aktar difensivi. L-indiċijiet fl-Ewropa kienu pożittivi b’żidiet dgħajfa fir-Renju Unit. L-aħjar li mar kien d-DAX li laħaq il-quċċata dn il-ġimgħa u nnegozja ftit baxx hekk l-investituri ħadu l-profitt. Id-Dow Jones fetaħ aktar baxx, iżda l-indiċi lokali kien f’territorju negattiv u tilef qrib il-1.00%.

Ishma Lokali

Ebda sehem lokali ma kien f’territorju pożittiv illum f’ton pessimista matul il-ġurnata. L-MIA u l-Medserv kienu nnegozjati mingħajr bidla fil-prezz. Il-Malta Properties, l-RS2 Software l-Bank of Valletta tilfu il fuq minn 2.5% kull wiehed. L-HSBC tilef madwar 0.6%.

Bonds Lokali

Kienet storja differenti fis-sessjoni tal-bonds. Iż-żidiet kienu akbar mit-telf. L-International Hotel Investments 2023 u 2025 kienu fuq quddiem taż-żidiet waqt li l-Bank of Valletta 2030 tilfu inqas minn 0.5%.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-Krona Norvegiża laħqet l-inqas rata kontra l-ewro mill-kriżi finanzjarja tal-2008 ‘l hawn wara l-ħruġ ta’ statistika dwar il-bejgħ bl-imnut u t-tkabbir fis-self li kienet agħar milli mistennija. Ekonomista tad-Danske Bank qal li l-bejgħ bl-imnut u l-konsum kienu sorprendentement dgħajfa. Ix-xejra pożittiva issa daret u tindika konsum batut fir-raba kwart.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu wara laqgħa mmexxija mill-OPEC bdiet fi Vjenna, u wara kummenti inizjali mill-membri tal-grupp li ssuġġerrew estensjoni tal-qtugħ fil-produzzjoni sa tmiem l-2018. Id-deheb laħaq l-inqas prezz għal ġimgħa hekk kif dollaru aktar b’saħħtu, sentiment tajjeb lejn l-ishma u statistika tajba dwar it-tkabbir ekonomiku Amerikan, naqqsu d-domanda għal assi meqjusa siguri, għalkemm id-deheb xorta kien fl-inqas firxa ta’ prezz fi 12-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar