Tamiet dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jaffettwaw il-prezz taż-żejt

Id-dollaru Amerikan tbaxxa llum hekk kif l-ottimiżmu dwar ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina naqqas id-domanda għal muniti meqjusa sikuri u hekk kif l-investituri qed jistennew il-laqgħa tal-Federal Reserve din il-ġimgħa.

Il-President Donald Trump llum qal li jistenna li jiffirma parti sinifikanti tal-ftehim maċ-Ċina ferm qabel ma kien maħsub, iżda ma elaborax meta. Il-kummenti saru wara li l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Kummerċjali tal-Istati Uniti u l-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniża nhar il-Ġimgħa qalu li uffiċjali miż-żewġ pajjiżi jinsabu qrib li jiffinalizza xi partijiet mill-ftehim, u mbagħad ikomplu t-taħditiet.

L-Isterlina ftit li xejn inbidlet illum wara li l-Unjoni Ewropea tat estensjoni ta’ tliet xhur  lir-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni tlitt ijiem qabel ma jiskadi ż-żmien tal-ħruġ oriġinali hekk l-aspettattivi tad-dewmien kien diġà meqjus fir-rata.

Indiċi

L-ishma Ewropej irtiraw llum hekk kif prospetti mċajpra dwar il-profitti tal-akbar bank fl-Ewropa, l-HSBC, ibbilanċjaw żidiet f’setturi sensittivi għall-kummerċ li kienu mgħejjuna minn żviluppi pożittivi dwar l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-indiċi ta’ referenza, l-S & P 500, tela’ għal-livell rekord llum għax il-possibiltà ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u ta’ tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve saħħet is-sentiment tal-investituri.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt għolew llum minħabba tamiet dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, iżda ż-żidiet kienu limitati minn statistika industrijali Ċiniża.

Il-Brent tilef 0.32% għal $61.83 waqt li l-United States West Texas Intermediate  tilef 0.94% għal $56.16. It-tnejn kienu tilfu 0.5% kmieni fis-sessjoni .

Il-prezz tad-deheb tbaxxa wara li żdied b’1% fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif progress fit-taħditiet bejn l-Istati uniti u ċ-Ċina llimita aktar żidiet u hekk kif daħlet kawtela minħabba l-laqgħa tal-Federal Reserve aktar tard din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

L-ewro żammet soda kontra d-dollaru Amerikan illum it-Tnejn wara livelli baxxi hekk kif id-dollaru żamm il-qligħ tiegħu minħabba ottimiżmu dwar il-possibbiltà li l-Istati Uniti u ċ-Ċina jnaqqsu t-tariffi li xekklu…

Aktar