Barranin
Tesla mhux se taċċetta aktar il-Bitcoin

Il-prezzijiet tal-produzzjoni fl-Istati Uniti żdiedu aktar milli kien imbassar, waqt li t-talbiet għal benefiċji tal-qgħad naqsu asktar milli kien antiċipant. L-ewro baqa’ jkun negozjat taħt id-$1.2100 hekk kif l-investituri jistennew dħul akbar mill-bonds tal-Gvern. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata din il-ġimgħa ta’ $1.2051 hekk kif id-domanda għad-dollaru baqgħet tippersisti wara pressjonijiet inflazzjonarji fl-Istati Uniti. Id-dollaru żdied flimkien maż-żieda fid-dħul mill-bonds hekk kif d-dħul mill-bonds tas-Teżor Amerika għal 10 sena tela’ għal punt kritiku ta’ 1.70%. Sadanitant ishma internazzjonali kienu f’territorju negattiv riflessjoni tal-biża’ ta’ issikkar fil-politika monetarja.

Mill-Istati Uniti, kien ippublikat l-indiċi tal-prezzijiet tal-produzzjoni li żdied aktar milli maħsub b’6.2% minn sena għal sena. Iċ-ċifra tal-qgħad għal ġimgħat li għaddiet kienet 473,000 flok l-490,000 mistennija. Din l-aħbar tajba tat xi ftit sostenn lill-ishma Amerikani. Waranofsinhar l-euro kien xi ftit aktar b’saħħtu kontra l-muniti ewlenin bl-eċċezzjoni tal-Frank Żvizzderu.

Indiċi

Wara l-waqgħa kbira tal-bieraħ, indiċijiet ewlenin tal-ishma fl-Istati Uniti kienu ogħla. Id-Dow Jones kien kważi 1% ogħla, minkejja dan l-indiċi Ewropej ma marru fl-istess direzzjoni. Il-Bitcoin qed issofri mill-“effett Elon” hekk kif l-industrijalist Elon Musk qal li l-kumpanija Tesla mhix ser taċċetta lill-Bitcoin bħala pagament minħabba l-faħam li nħaraq biex tinstab. L-indiċi lokali llum avvanza 0.23%.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Plaza Centres, il-BMIT Technologies u l-Bank of Valletta tellgħu l-indiċi waqt li l-Harvest Technologies u l-MIDI ġibduh l-isfel. Il-GO u HSBC ma kellhom ebda moviment minkejja n-negozju fihom.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar pożittivi llum. Il-Hilil Finance Company 2029, il-Mercury Projects Finance 2031 u d-Dizz Finance 2026 kollha żdiedu aktar minn 1% bil-bonds tan-1923 Investments ftit warajhom. Il-Phoenicia Finance Company 2023-2028 u l-International Hotel Investments 2024 kellhom żieda ferm inqas.

Il-prezz taż-żejt tbaxxa hekk kif kibret it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u l-osservaturi innutaw li diġà kellu perjodu diċenti. Kemm il-Brent kif ukoll dak mhux raffinat tbaxxew aktar minn 2% mill-prezz tal-ftuħ. Id-deheb u l-fidda imxew f’direzzjoni opposta bid-deheb ftit ogħla u l-fidda titlef kważi d-doppju ta’ kemm żdied id-deheb.