Tesla tinvesti $1.5 biljun bil-Bitcoin u tilħaq ‘il fuq minn $43,000 kull Bitcoin

L-ewro qed ikun nnegozjat taħt id-$1.2050, hekk kif il-munita Amerikana tkompli timxi ‘il quddiem. Tamiet għal stimulu sinifikanti mill-Istati Uniti u tnaqqis fil-każi tal-koronavirus fl-Istati Uniti qed isostnu wkoll lid-dollaru.

Ix-xerrejja bil-qawwi qed jikkontrollaw is-sentiment dwar ir-rata tal-ewro kontra l-yen fil-bidu tal-ġimgħa. Iċ-ċaqliqa ‘l fuq minn 127.000 yen tiftaħ il-bieb għall-ogħla rata s’issa ta‘ din is-sena ta’ 127.50 yen. Il-movimenti fil-munita illum kienu ftit wisq. L-ewro żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin u  tilef ftit kontra d-dollaru Awstraljan.

Indiċi

Is-swieq Asjatiċi kienu pożittivi llum bin-Nikkei jogħla għall-ogħla livell fi 30 sena. L-ishma Asjatiċi issaħħew wara li segwew ġimgħa tajba għall-ishma fl-Istati uniti. L-ishma tal-kumpaniji tal-azzar għenu lis-swieq finanzjarji Ġappuniżi biex jiżdiedu bin-Nippon u l-Kobe Steel b’żidiet qawwija.

Is-swieq Ewropej kienu wkoll mgħejuna minn rediment qawwi f’Wall Street bl-investituri jitkellmu dwar fiduċja mill-ġdid għall-irkupru qawwi fit-Tieni Kwart ta’ din is-sena. Il-produzzjoni industrijali Ġermaniża kienet dgħajfa matul Diċembru u analista qal li jissuspettaw li l-produzzjoni industrijali naqset f’Jannar u l-irkupru qed inaqqas mir-ritmu.

Ishma

Matul is-sessjoni tal-ishma lokali illum kien hemm bidliet perċentwali kbar. L-ishma tal-Fimbank żdiedu bi 22% waqt li l-Medserv tilfu 17%. Il-MIDI, l-HSBC u l-International Hotel Investments avvanzaw bejn is-6% u t-8%. B’żidiet perċentwali inqas kienu t-Tigne Mall u l-Malta Properties Company li żdiedu qrib l-04%.

Bonds

Anke is-sessjoni tal-bonds kienet pożittiva b’żidiet tajba ta’ aktar minn 2% fil-bonds tal-International Hotel Investments. Żidiet aktar modesti kienu fil-Mediterranean Maritime Hub Finance u s-6pm Holdings u fil-bond tal-International Hotel Investments. Il-Bank of Valletta u x-Shoreline tilfu 0.44% u 1.48% rispettivament.

Wara li għalqu f’territorju pożittiv kuljum matul il-ġimgħa li għaddiet,il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinant komplew javvanzaw bil-West Texas Intermediaste jilħaq l-ogħla livell f’aktar minn sena ta’ $57.65.

Id-deheb attira xi xiri qrib l-$1,808 u llum daħal f’territorju pożittiv għat-tieni sessjoni konsekuttiva.  Iż-żieda wasslet għall-ogħla livell f’jumejn ta’ $1,823 matul in-nofs tas-sessjoni Ewropea.  Il-fidda ukoll kompliet tajjeb għat-tieni sessjonni infila u bniet fuq l-irkupra tal-ġimgħa li għaddiet mil-livell ta’ taħt is-$26.00.

Il-fidda telgħet lura ‘l fuq minn $27.00 u l-aħħar negozju kien fil-firxa $27.50 u $27.60.

Skont ir-rapport annwali tagħha, il-kumpanija Tesla investiet $1.5 biljun bil-Bitcoin li issa laħqet ‘il fuq minn  $43,000 kull Bitcoin.