Barranin
Tħassib dwar il-kummerċ ibaxxi t-tkabbir fiż-żona ewro

Muniti

Il-muniti Ewropej tbaxxew hekk kif sinjali li t-tkabbir qed jidgħajjef jitfgħu dubju dwar l-abbiltà li l-banek ċentrali fir-reġjun jirtiraw mill-istimulu straordinarju. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn taħt $1.14, jum qabel ma jiltaqa’ l-Bank Ċentrali Ewropew, u l-krona Żvediża kienet fuq quddiem fit-telf fost il-Grupp tal-10, hekk kif il-bank ċentrali evita ton qawwi.

Dan it-tnaqqis għen biex il-kejl tad-dollaru jilħaq l-ogħla livell mis-sajf tal-2017. It-tkabbir fiż-żona tal-ewro tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn sentejn fil-bidu tar-raba’ kwart tas-sena hekk kif, skont il-Purchasing Managers’ Index, il-manifatturi sofrew minn tħassib li qed jikber dwar il-kummerċ. Il-fatt li l-istatistika mhijiex tintlaħaq tkabbar ir-riskju li l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi ma

L-ewro tilef 0.57% kontra d-dollaru għal $1.1404. Barra dan, l-ewro tilef 0.09% kontra l-isterlina; 0.61% kontra d-dollaru Awstraljan; 0.53% kontra d-dollaru Kanadiż; 0.36$ kontra l-yen u 0.25% kontra l-frank Żvizzeru.

Indiċi

L-indiċi Ewropej kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 wera żidea ta’ 1.19%; l-iSTOXX 50 żdied b’1.27%; id-DAX b’0.82% u l-CAC 40 b’1.41%.

Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.06% waqt li kien hemm żieda ta’ 0.221% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Shares

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Malita Investments, l-HSBC Bank Malta u l-GO żdiedu b’aktar minn 0.50% waqt li l-Bank of Valletta, il-Malta International Airport u Trident Estates ma wrew ebda ċaqliq minkejja li sar negozju fihom.

Bonds

Fil-bonds lokali, il-Pendergardens Developments 2020, il-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-Bank of Valletta 2019 żdied b’0.43%, 0.05% u 0.02% rispettivament.

Sadanittant is-Central Business Centres 2025, il-MIDI 2026, il-Bank of Valletta 2020 u l-International Hotel Investments 2026 tilfu aktar minn 0.40%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt mhux maħdum Brent żdied b’0.25% għal $76.60 kull barmil waqt li kien hemm żieda ta’ 0.63% fil-U.S. Light Crude għal $66.83 kull barmil.

Il-prezz tad-deheb naqas b’0.12% għal $1.228.62 u kien hemm tnaqqis ta’ 0.17% fil-fidda għal $14.7073.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar