Barranin
Tħassib dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-UE jerġa’ jbaxxi l-isterlina

Muniti

L-ewro tbaxxa għal-livelli tal-2017 kontra l-frank Żvizzeru, hekk kif it-tħassib dwar l-effett ekonomiku tal-Corona virus fiċ-Ċina wassal biex l-investituri jiġru lejn il-kenn relattiv ta’ muniti meqjusa bħala sikuri.

Għalkemm is-swieq globali stabilizzaw xi ftit wara l-bejgħ qawwi tal-bieraħ, kien hemm sentiment kontra r-riskju fis-swieq tal-kambju bid-dollaru Awstraljan l-aktar milqut u d-dollaru Amerikana jissaħħaħ għall-ogħla rata fi żmien ġimgħat kontra l-muniti rivali tiegħu.

Ir-rata tal-ewro kontra l-frank Żvizzeru, par korrelatat bil-bosta mas-sentiment tar-riskju, tbaxxiet 0.1% għal 1.0666 frank kull ewro, l-inqas minn April 2017. Ir-rata diġà tbaxxiet 1.6% sa issa f’Jannar u riesqa lejn l-akbar tnaqqis f’xahar minn April 2019. Iżda matul il-jum issaħħet xi ftit għal 1.0702 frank.

L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru u kontra l-ewro, minħabba li t-tħassib dwar ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea, reġa’ beda dieħel fis-swieq tal-kambju.

Qabel il-laqgħa deċiżiva tal-Bank of England nhar il-Ħamis dwar ir-rata tal-interessi, l-isterlina intlaqtet minn spekulazzjoni dwar jekk hux ser ikun hemm tnaqqis fir-rati tal-interessi.

Indiċi

L-ishma Ewropej issaħħew wara li fis-sessjoni ta’ qabel kellhom l-agħar ġurnata f’erba’ xhur minħabba t-tħassib li qed jikber dwar l-impatt potenzjali fuq in-negozju mill-coronavirus.

Anke l-indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu ogħla wara li l-S&P 500 kellu l-agħar jum fi kważi erba’ xhur fis-sessjoni preċedenti minħabba li l-coronavirus jista’ jkollu effett fuq it-tkabbir ekonomiku globali.

Stocks Lokali

Fis-settur lokali, l-ishma ta’ HSBC Bank Malta tilfu 2.78%, il-Lombard Bank Malta kellhom l-akbar tnaqqis dak ta’ 4.39%, Medserv tbaxxew b’0.91% u Simonds Farsons Cisk naqsu b’0.92%.

Il-Malta International Airport, il-Malita Investments u l-PG ma kellhom ebda moviment perċentwali minkejja n-negozju li sar fihom.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2030 (l-ewwel serje) tilfu 0.25%, is-Central Business Centres 2025 u l-GAP Group 2023 it-tnejn żdiedu b’0.39%, il-Hili Finance Company 2029 tbaxxew b’0.05%, u l-Hili Properties 2025 wrew żieda ta’ 0.20%, l- International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) żdiedu 1.28% u l-Pendergardens Developments 2022 kienu l-aħjar li maruu b’żieda ta’ 2.86%.

Prodotti Essenzjali

Fil-qasam taż-żejt, l-OPEC trid li testendi t-tnaqqis fil-produzzjoni, talanqas sa Ġunju, bil-possibiltà ta’ aktar tnaqqis jekk id-domanda miċ-Ċina tintlaqat sewwa mill-firxa tal-Corona virus.

Skont sorsi l-waqgħa malajr tal-prezzijiet taż-żejt matul l-aħħar jiem allarmat uffiċjali tal-OPEC, hekk kif il-coronavirus kabbar it-tħassib dwar kif ser jintlaqat it-tkabbir ekonomiku u d-domanda għaż-żejt.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa mill-ogħla prezz fi tliet ġimgħat fis-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-ishma irnexxielhom jirkupraw xi telf, iżda t-tħassib dwar il-virus jista’ jkollu effett ħażin fuq l-ekonomija globali naqqas it-telf li kellu d-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar