Barranin
Tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona Ewro

L-istatistika Ġermaniża kompliet teħżien, u dan qed iqajjem tħassib dwar is-saħħa tal-ekonomija taż-żona tal-Ewro. L-ordnijiet mingħand il-fabbriki tbaxxew b’1.6%, wara tnaqqis ta’ 1.0% fl-istatistia preċedenti. It-tensjonijiet kummerċjali globali u dgħufija fis-settur tal-karozzi Ġermaniż komplew jolqtu ħażin lis-settur tal-manifattura. Dgħufija fil-manifattura tidher madwar iż-żona tal-Ewro kollha, hekk kif Franza u l-Italja t-tnejn irrapportaw ċkunija fis-settur matul Jannar.

Ir-rata tal-Ewro kontra d-Dollaru tjiebet xi ftit, u tilef 0.13% għal $1.1391 l-inqas fi kważi ġimagħtejn. Bl-ebda indikaturi ewlenin mill-Istati Uniti, is-swieq qed jistennew diskors miċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell. Għada, il-Ġermanja toħroġ l-isttistika dwar il-produzzjoni industrijali u l-UE tippublika t-tbassir ekonomiku tagħha. Fl-Istati Uniti joħorġu ċ-ċifri tal-qgħad.

L-Ewro tbaxxa b’0.21% kontra l-Isterlina; 0.33% kontra l-Yen u 0.10% kontra l-Frank Żvizzeru. Il-munita unika issaħħett b’1.23% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.34% kontra ld-Dollaru Kanadiż.

Indiċi

L-indiċijiet tal-ishma fl-Istati uniti u fl-Ewropa tħabtu għal direzzjoni wara rapporti mħallta minn kumpaniji kbar u wara tnaqqis fl-ordnijiet mingħand il-fabbriki fil-Ġermanja li żiedu mas-sinjali li l-ekonomija taż-żona tal-ewro qed titlef il-momentum.

Il-FTSE 100 tilef 0.05%; l-iSTOXX 50 0.13%; id-DAX 0.39% u l-CAC 40 0.15%.

Id-Dow Jones tbaxxa 0.16% mal-ftuħ waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.222%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdiedu b’1.74% u għalqu bil-prezz ta’ €1.75. Il-Bank of Valletta, il-Malta International Airport, l-RS2 Software u Simonds Farsons Cisk ma kellhom ebda bidla. Il-MaltaPost tilfu 2.34%.

Bonds

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Pendergardens Developments 2022 żdiedu b’0.45% waqt li il-Von der Heyden Group Finance 2024 urew żieda ta’ 0.40%.

Sadattant il-Best Deal Properties Holdings 2024, is-Central Business Centres 2025 u l-Eden Finance tilfu aktar minn 0.90%.

Commodities

Fis-settur taż-żejt, il-prezz tal-Brent waqa’ b’0.37% għal $61.75 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.30% fil-prezxz tal-U.S. Light Crude għal $53.50.

Kien hemm tnaqqis ta’ 0.14% fil-prezz tad-deheb għal $1,313.45 waqt li l-fidda tbaxxiet b’0.65% għal $15.75.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar