Tħassib dwar it-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja kompla jitfa’ pressjoni fuq l-ewro

Ir-rata tal-ewro kontra d-Dollaru Amerikan baqgħet baxxa matul is-sessjoni Ewropea u tbaxxiet għall-inqas livell fi 22 xahar ta’ madwar $1.1118. Tħassib dwar it-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja kompla jitfa’ pressjoni fuq il-munita unika. L-aħħar bullettin ekonomiku ta’ kull xahar mill-Bank Ċentrali Ewropew li kompla jdgħajjef is-sentiment diġà dgħajjef u s-saħħa tad-dollaru komplew jikkontribwixxu għat-tnaqqis. L-ewro tilef 0.24% għal $1.1128.

Barra dan, l-ewro tilef 0.02% kontra l-Isterlina u kontra d-Dollaru Awstraljan, 0.17% kontra d-Dollaru Kanadiż, 0.44 kontra l-Yen u 0.11% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew hekk kif l-investituri flew għadd ta’ rapporti finanzjarji tal-kumpaniji fl-isfond ta’ tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku globali.

Il-FTSE 100 tilef 0.55%; l—iSTOXX 50 0.31%; id-DAX 0.11% waqt li l-CAC 40 tilef 0.23%.

Kien hemm tnaqqis ta’ 0.97% fil-ftuħ tad-Dow Jones waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta wera żieda ta’ 0.383%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies, Malta Properties Company u l-MaltaPost wrew żieda ta’ aktar minn 1.60% bil-BMIT Technologies jiżdiedu b’1.90% għal €0.54 kull sehem.

F’territorju negattiv kien hemm hemm  il-Plaza Centres, il-Malta International Airport, Tigné Mall u l-GO b’dawn tal-aħħar jitilfu 5.74% biex għalqu fil-rpezz ta’ €4.60.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, it-Tumas Investments 2024 żdiedu bi 8.33%; il-Pendergardens Developments 2022 b’6.79%, il-Hal Mann Vella group 2024 b’4.60%, il-Bortex Group Finance 2027 bi 3.56%.

Sadattant il-GAP Group 2022, l-Eden Finance 2027 u l-Hili Finance Company 2028 tilfu aktar minn 1.00%.

Commodities

Il-prezz tal-Brent żdied b’0.95% għal $75.28 waqt li l-United States West Texas Intermediate wera żieda ta’ 0.46% għal %66.19.

Id-deheb żdied b’0.03% għal $1,276.00 waqt li kien hemm tnaqqis ta’0.49% fil-prezz tal-fidda għal $14.87.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Aktar