Lokali
Tħassib dwar l-Astra Zeneca jaffettwa ħażin l-ewro

Muniti

L-Ewro jinsab qrib id-$1.19. Wara li l-minuti tal-Federal Reserve wrew li l-bank se jkompli jsostni l-ekonomija, huwa mistenni d-diskors taċ-Ċermen tal-Bank, Jerome Powell.

Tħassib dwar il-vaċċin tal-AstraZeneca kellu effett ħażin fuq l-ewro. L-isterlina qed tkun negozjata għal $1.3750, bi ftit bidla, hekk kif id-dollaru stabbilizza wara li kien tbaxxa ftit qabel. Tħassib dwar dewmien fil-kampanja ta’ tilqim fir-Renju Unit ukoll qed ikollu effett kuntrarju fuq l-isterlina. L-akbar movement fil-muniti ewlenin kienet ir-rata tal-ewro kontra l-yen fejn il-munita unika tilfet aktar min-nofs punt perċentwali.

Indiċi

Kmieni fil-jum, id-data ppublikata mid-Dipartiment tax-Xogħol fl-Istati Uniti wriet li t-talbiet għall-benefiċċju tal-qgħad telgħu għal 744,000. Dan huwa agħar miċ-ċifra mistennija ta’ 680,000 iżda ftit li xejn kellha impatt fuq is-sentiment tas-suq. Id-Dow Jones tbaxxa waqt li l-Ewropa u r-Renju Uniti kienu f’territorju pożittiv. It-Topix,l-indiċi ewlieni Ġappuniż, tilef 0.79%. Dak Malti tilef qrib il-1%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, Simons Farsons Cisk, Lifestar u HSBC kienu negozjati pożittivament b’Farsons fl-ewwel post b’żieda ta 1.25%. It-tnejn l-oħra żdiedu madwar 0.7%. Il-Malta International Airport u l-GO tilfu 0.81% u 1.64% rispettivament. L-akbar telf illum kien ta’ kważi 19% fl-ishma tal-Fimbank.

Bonds

Il-bonds lokali llum kellhom bidlet perċentwali mhux normali speċjalment f’territorju negattiv. Il-bonds ta’ AX Investments 2020 tilfu aktar minn 10%. Il-MeDirect u l-Mediterranean Investments Holdings, tilfu 3% kull wieħed. Il-Mariner Finance tilfu 3.7% waqt li l-Hili Properties kienu aktar modesti fit-telf, b’madwar 1.5%. F’territorju pożittiv kien hemm l-SP F b’żieda ta’ 2.5%, segwiti minn Cablenet Communications b’żieda ta’ kważi 1% ‘worth’.

Prodotti essenzjali

Wara li kellhom telf qawwi nhar it-Tnejn, il-prezzijiet taż-żejt għamlu korrezzjoni teknika iżda tħabtu biex isibu bejgħ qawwi. Il-prezz tal-WEest Texas Intermediate kien ta’ $60 fil-jum ta’ qabel iżda ma rnexxielux jilħaq ogħla minn hekk.

Tnaqqis fid-dħul mill-bonds Amerikan immina id-dollaru u għen lid-deheb biex ikollu xi żieda llum. Moviment sostnut il fuq minn $1,760 jikkonferma sinjal importanti għan-negozjanti tekniċi.

Il-prezz tal-fidda kien ‘il fuq minn $25.50, żieda ta’ 1.66%.

Din hija ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank.