Barranin
Tħassib dwar l-għeluq tad-dipartimenti tal-Gvern fl-Istati Uniti jħalli effett fuq l-ekonomija

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju.

Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti tal-Gvern fl-Istati Uniti issa qed iħalli l-effett tiegħu fuq l-ekonomija, waqt li l-investituri stennew aktar ħjiel mill-Federal Reserve wara numru li qed jikber ta’ uffiċjali qed jesprimu kawtela dwar aktar żidiet fir-rati tal-interessi.

L-Ewro baqa’ qrib ir-rata baxxa tal-aħħar ġimagħtejn kontra d-Dollaru hekk kif statistika dgħajfa miż-żona tal-Ewro ġibdet lill-munita unika taħt il-livell ewlieni, waqt li l-Isterlina stabilizzat ruħha hekk kif il-politiċi qed jippruvaw jiksbu kunsens dwar kif il-pajjiż ser joħroġ mill-Unjoni Ewropew.

L-istatistika miż-żona tal-Ewro kienet diżapuntanti ħafna u qed twassal għad-dgħufija tal-Ewro kontra d-Dollaru. Id-dgħufija tal-munita unika ġiet waqt li d-Dollaru stess qed jitħabat biex jikseb momentum bl-analisti tas-swieq qed ikunu aktar pessimisti dwar il-prospetti tad-dollaru.

Indiċi

L-ishma Ewropej llum tbaxxew fost inċertezza politika li qed tikber fir-Renju Unit u t-tħassib dejjem jikber dwar it-tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija Ċiniża.

L-indiċi tas-settur bankarju Ewropew kien fost dawk li marru ħażin illum u tilef 1.1% matul il-ħruġ tar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji. Il-bank Franċiż Societe Generale kien fuq quddiem tat-telf wara li qal li r-rapport għar-raba’ kwart tas-sena ser ikun milqut ħażin minn kundizzjonijiet iebsa tas-suq.

Id-Dow Jones tilef 81 punt mal-ftuħ waqt li l-S&P 500 tilef 0.27%, minħabba telf fl-ishma finanzjarji, industrijali u tal-enerġija. In-Nasdaq żdied b’0.4%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GO, il-Malita Investiments, il-Malta International Airport u l-Plaza kollha żdiedu; bl-akbar żieda tkun fil-Malta International Airport ta’ 4.35%. Il-MIDI u l-RS2 Software tilfu 1.49% u 0.71% rispettivament.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali ftit li xejn kien hemm movement bil-Bortex Group Finance 2027 u l-Exalco Finance 2028 ikollhom żieda ta’ 0.14% u 0.47% rispettivament. Il-GAP Group 2023 tilfu 0.98% u l-Hili Finance Company 2028 tbaxxew b’0.34%.

Commodities

Il-Brent illum tilef 0.72% għal $60.88 u l-U.S.Light crude naqas b’1.05% għal $51.77.

Il-Prezz tad-deheb tbaxxa b’0.21% għal $1,290.91 waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.62% fil-prezz tal-fidda għal $15.49.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa wara li diversi uffiċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew urew dubji dwar l-irkupru pproġettat fit-tkabbir ekonomiku fit-tieni nofs tas-sena. It-tħassib dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro ħabat ħames ġimgħat wara…

Barranin

Rappreżentanti ta’ Valletta Cruise Port u l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ partijiet interessati pparteċipaw fis-Seatrade Cruise Global 2019 f’Miami. Is-Seatrade Cruise Global huwa l-pjattaforma ewlenija tal-industrija fejn ‘il fuq minn 11,000…

Barranin

L-ewro żdied, mgħejun mill-aħbar dwar domanda li qed tikber għall-munita unika fil-pjani tal-banek Ġappuniżi għal xiri ta’ negozju ta’ bosta biljuni minn bank Ċermaniż. L-ewro żdied b’0.29% kontra d-dollaru għal…

Aktar