Barranin
Tħassib dwar żieda fil-każi tal-Covid-19 għen biex rażżan it-telf fid-deheb

Muniti

L-ewro qed ikun innegozjat inqas minn $1.21, għax il-munita Amerikana qed tissaħħaħ flimkien mad-dħul mill-bonds. Il-fiduċja tal-konsumatur fl-Istati Uniti qed tkun mistennija wara li l-ordnijiet tal-Oġġetti Durabbli lbieraħ iddiżappuntaw. Il-kampanja ta’ tilqim fl-Ewropa tidher li qed titħaffef u qed tkun studjata mill-qrib minn analisti finanzjarji għat-tbassir tat-triq ekonomika ta’ wieħed mill-aktar blokki kummerċjali b’saħħithom. L-Isterlina qed tkun negozjata madwar id-$1.39 hekk kif r-Renju Unit qed jipproponi passaporti dwar il-covid biex jippermetti vjaġġar u aktar attività ekonomika minn Ġunju.

Indiċi

L-indiċi ewlenin illum kollha marru ħażin. Fost il-11-il settur maġġuri fl-S&P 500, l-Indiċi tal-Enerġija żdied b’0.5% sostnut minn madwar 1% żieda fil-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat mill-Istati Uniti. Min-naħa l-oħra, l-Indiċi tal-Materjali mar għall-agħar b’telf ta’ 0.75%. L-Indiċi Ġappuniż tilef l-aktar illum waqt li bl-inqas telf kien id-Dow Jones. It-telf fl-indiċi tal-Botrża ta’ Malta kienu aktar minn dak tat-Topix.

Ishma

Kien jum pessimist fil-qasam tal-ishma lokali għax kien sehem wieħed li kien f’territorju pożittiv bl-oħrajn jitbaxxew, anke konsiderevolment fil-prezz. Il-Bank of Valletta żdied b’aktar minn 1%. It-Tigne Mall, il-Malta International Airport u Simonds Farsons Cisk tilfu bejn 0.67% u l-1%. L-HSBC Bank Malta tilef aktar minn 2% bil-MIDI u l-Lifestar jitilfu 7% kull wieħed u b’hekk ġibdu l isfel l-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Il-bonds kienu aktar pożittivi b’ħamsa jiżdiedu u tnejn jitbaxxwew. L- AX Group kienu fuq quddiem biż-żieda ta’ 2%, segwiti minn Mariner Finance b’1 %. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance, il-Mercury Projects Finance 2027 u n-1923 Investments, kollha żdiedu nofs punt perċentwali. Kien hemm telf baxx fil-Mercury Projects 2031 waqt li l-Merkanti Holdings tilfu 0.5%.

Strateġisti globali ewlenin fil-qasam taż-żejt qed jistennew li l-prezzijiet jogħlew ftit ieħor fis-sitt xhur li ġejjin. Irkupru fid-domanda fi żmien meta l-provvista ser tibqa’ limitata għandu jkabbar id-defiċit fis-suq taż-żejt globali u jtella’ l-prezz tal-Brent lejn il-$75 matul it-tielet kwart ta’ din is-sena. Madankollu huma jaħsbu li l-prezzijiet jibdew jitbaxxew hekk kif iż-żieda fil-provvista ġġib surplus fis-suq.

Żieda fid-dħul mill-bonds ibbenefikat lid-dollaru u tefgħet pressjonijet fuq lid-deheb għax kiber is-sentiment ta’ riskju. Tħassib dwar żieda fil-każi tal-Covid-19 għen biex illimita t-telf fid-deheb.

Investituri jistgħu joqgħodu ‘l bogħod minn xiri qawwi qabel id-deċiżjoni tal-Federal Reserve għada. Analisti ewlenin jistennew li l-Federal Reserve mhux ser ibiddel l-kundizzjonijiet monetarja matul il-laqgħa.