Barranin
Tħassib ġdid dwar il-Covid jista’ jwassal għal flussi lejn id-dollaru

L-ottimiżmu kellu effett ħażin fuq id-dollaru iżda mhux kontra l-ewro. In-nuqqas tal-ewro li jirkupra huwa sinjal ta’ dgħufija li jista’ jkun segwit b’waqgħat lejn livelli baxxi ġodda ladarba s-sentiment jeħżien, u hemm raġunijiet li jistennew li dan iseħħ qabel aktar milli tard.

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, u l-kollegi tagħha huma r-raġuni tad-dgħufija tal-ewro. Fl-ewwel deċiżjoni ta’ wara l-eżami strateġiku, il-Bank saħħaħ l-impenn tiegħu li jżomm ir-rati tal-interessi baxxi għal żmien twil. Wara xi taqlib, l-investituri kienu konvinti.

Il-Bank irid li t-tbassir tiegħu jimmira lejn inflazzjoni annwali ta’ 2% sa nofs il-pjan u wara ‘l fuq minn dan il-livell sa tmiem il-perjodu, qabel jikkunsidra li jiżdied l-ispejjeż tas-self. L-iskop tal-bank huwa tliet snin, u l-projezzjonijiet tiegħu żammew l-estmi taħt dan il-livell.

Barra dan, il-Bank uffiċjalment ħaddan żieda temporanja fil-prezzijiet u jikkunsidra wkoll l-inflazzjoni ewlenija. Waqt li l-Bank Ċentrali Ewropew jinsab wara l-Federal Reserve fl-approċċ laxk fuq iż-żidiet fil-prezzijiet, huwa pass sinifikattiv ‘il quddiem għal istituzzjoni bbażata fuq il-biża’ Ġermaniża dwar l-inflazzjoni.

Lagarde wriet tħassib dwar il-firxa malajr tal-varjant Delta, b’riflessjoni tat-tħassib li jikber madwar id-dinja. L-Italja segwiet il-passi ta’ Franza li tirrikjedi passaport tal-vaċċin għal ċerti attivitajiet fost il-każi li qed jogħlew. L-infezzjonijiet qed jiżdiedu madwar il-kontinent.

Fl-Istati Uniti, iċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard, is-CDC, ħareġ twissija dwar il-varjant u appella lill-Amerikani biex jieħdu t-tilqima. Ilbieraħ is-swieq tal-ishma kienu ffukati fuq ir-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji tat-teknoloġija iżda s-sentiment jista’ jinbidel illum. Tħassib ġdid dwar il-Covid jista’ jwassal għal flussi lejn id-dollaru, meqjus bħala munita sikura.

L-ewwel stħarriġ dwar ix-xiri mill-fabbriki mill-istitut Markit jista’ jservi wkoll ta’ tħassib. Apparti mill-virus, kwistjonijeit dwar il-katina ta’ provvista u nuqqas ta’ impjegati setgħu kkawżaw tnaqqis fl-attività ekonomika, kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fiż-żona ewro.