Barranin
It-tħassib politiku tal-Gvern Amerikan jirrifletti fil-prezz tad-deheb

Id-dollaru kompla bl-irkupru tiegħu mill-inqas rati fi tliet snin, għax jidher li l-munita kien jeħtiġilha korrezzjoni modesta wara t-tnaqqis qawwi tal-aħħar ġimgħat, u hekk kif l-investituri qed jistennew irkant qawwi ta’ bonds tal-Gvern Amerikan.

It-Teżor Amerikan qed iħejji biex ibigħ b’kemm jiswa’ aktar minn kwart ta’ Triljun ta’ dejn ġdid din il-ġimgħa li analisti jgħidu li għandu jkun kejl ewlieni tas-sentiment tal-investituri internazzjonali għal assi Amerikani, wara bejgħ qawwi minħabba tħassib dwar id-defiċit fiskali dejjem jikber tal-Istati Uniti.

L-Isterlina żdiedet kontra l-ewro wara rapport fl-istampa qal li l-Parlament Ewropew ser jappella sabiex ir-Renju Unit jingħata aċċess “privileġġjat” għas-suq uniku. Skont ir-rapporti, il-Parlament Ewropew ser jitlob għal approċċ aktar flessibli fit-taħditiet dwar ir-relazzjonijiet futuri mar-Renju Unit, bidla mill-pożizzjoni meħuda min-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier. Ir-Renju Unit, li mistenni joħroġ mill-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, qal li huwa ser jilħaq ftehim tranżitorju mal-Unjoni sa tmiem Marzu.

Id-Dollaru Awstraljan tbaxxa hekk kif is-swieq finanzjarji fl-Asja waqgħu f’territorju negattiv, wara li l-Bank Ċentrali Awstraljan tenna l-prospett ta’ ebda bidla fil-politika monetarja domestika.  Id-Dollaru Awstraljan kien ftit inqas u tbaxxa għal rata ta’ $0.7900 b’appoġġ għal rata ta’ $0.7890 wara li b’reżistenza kbira laħaq l-ogħla livell tal-ġimgħa li għaddiet ta’ $0.7988. Il-munita Awstraljana iżda żdiet b’0.27% kontra l-ewro li kien altar dgħajjef.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej reġgħu daħlu f’territorju pożittivi wara li temmew irkupru ta’ tliet ijiem fis-sessjoni ta’ qabel meta Wall Street u s-swieq Ċimniżi kienu magħluqa minħabba btala. Il-parti l-kbira tas-setturi u tal-indiċijiet madwar l-Ewropa kienu qed juru żidiet u l-iSTOXX 50 żdied b’0.34%.

Kien hemm riżultati l-istess fl-indiċijiet ewlenin tal-Ġermanja u ta’ Franza. Il-FTSE 100 kien negattiv kmieni wara nofsinhar waqt li t-Topix tal-Ġappun kellu tnaqqis ta’ 0.72%. Id-Dow Jones kien mistenni li jiftaħ bi tnaqqis ta’ qrib il-1% wara tmiem il-ġimgħa twila minħabba l-Btala tal-President. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta kien pożittiv b’żieda ta’ qrib il-1%.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, l-HSBC Bank Malta żdiedu qrib l-4% u kienu fuq quddiem. Żidiet tajbin kienu ukoll fil-Bank of Valletta u fil-Malta International Airport li t-tnejn żdiedu qrib il-1%. Kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn 0.5% fil-Maltapost. F’territorju negattiv kien hemm il-Malita Investments li tilfu 1.2% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 2.29% fl-RS2 Software.

Bonds

Il-bonds lokali llum kienu pożittivi għax il-parti l-kbira minnhom kellhom żieda b’bond wieħed bi tnaqqis għalkemm kien hemm xi ftit bonds bi tnaqqis marġinali. Il-Premier Capital u l-International Hotel Investments żdiedu b’1.34% u 0.75% rispettivament. Tilfu madwar 0.5%  is-6pm Holdings, il-Von der Heyden Group u l-Eden Finance.

Economic indicators

L-Iżvezja ħabbret il-livell tal-inflazzjoni fejn sorpriża negattiva baxxiet lill-munita Żvediża. L-Inflazzjoni tbaxxiet għal 1.6% minn 1.7%. Is-suq kien qed jistenna inflazzjoni t’ 1.8%. Ir-Riksbank issa huwa mistenni li jieħu aktar żmien qabel jiddeċiedi li jibda jistabilizza r-rati tal-interessi.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum il-Brent tbaxxa, miġbud l-isfel minn dollaru aktar b’saħħtu u minħabba bejgħ għal profitt, waqt li l-prezzijiet bil-quddiem fl-Istati Uniti żdiedu, u b’hekk naqsu l-iskont bejn iż-żewġ prezzijiet bil-quddiem ewlenin għall-inqas f’sitt xhur.

Il-prezzijiet tad-deheb ħassew it-tisħiħ fir-rata tad-dollaru u naqsu għat-tielet sessjoni, iżda kienu mgħejjuna ukoll minn tħassib politiku u l-inċertezza dwar l-irkant qawwi ta’ din il-ġimgħa ta’ dejn tal-Gvern Amerikan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-par ewlieni ta’ muniti jidher ftit li xejn entużjasti fil-bidu tal-ġimgħa. Is-suq irnexxielu jirkupra wara l-istatistika dgħajfa tal-ġimgħa li għaddiet: tbaxxa l-interess tal-investituri fid-dollaru bħala assi sigur, iżda xorta…

Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Aktar