Barranin
Theresa May tagħti ħjiel li l-kabinett jaf jilħaq ftehim dwar il-Brexit fi żmien 48 siegħa

Muniti

Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve jew il-ġlieda kummerċjkali maċ-Ċina; iżda għax l-attenzjoni daret lejn żviluppi potenzjalment pożittivi fl-Ewropa li qed ikabbru d-domanda kemm għall-Isterlina kif ukoll għall-ewro.

Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May tat ħjiel li l-kabinett tagħha jista’ jilħaq ftehim dwar il-Brexit fi żmien 48 siegħa. Il-Gvern Taljan kellu jissottometti mill-ġdid il-proposti tal-baġit lill-Kummissjoni Ewropea llum. Madankollu mhux mistennija bidliet materjali fil-baġit u għalhekk wieħed jistenna nuqqas ta’ ftehim. Għal uffiċjali fi Brussels it-tħassib huwa li deficits kbar ser jkabbru ċ-ċansijiet ta’ kriżi akbar minn dik Griega għat-tielet l-akbar ekonomija fiż-żona tal-ewro, fejn il-proporzjon tad-dejn mal-Prodott Domestiku Gross huwa ta’ 130%. Mhux eskluż xi forma ta’ kompromess, iżda l-qagħda ftit tidher li hija l-istess kif kienet fi tmiem Settembru.

L-ewro, żdied b’0.44% kontra d-Dollaru għal $1.1267. L-ewro żdied ukoll b’0.35% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.47% kontra l-Yen u 0.33% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro iżda tbaxxa 0.38% kontra l-Isterlina u 0.08% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti u l-prezz tal-ishma Ewropej irkupraw xi ftit mit-telf tas-sessjoni ta’ qabel minħabba tamiet ta’ progress fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, anke hekk kif l-ishma Asjatiċi tbaxxew b’mod ġenerali.

Il-FTSE 100 żdied b’0.06%; l-iSTOXX b’0.41%; id-DAX b’0.56% u l-CAC 40 b’0.27%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.09% ogħla waqt li l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.523%.

Ishma

Il-Malta Properties Company, l-RS2 Software u l-PG żdiedu b’aktar minn 0.70%. Il-Bank of Valletta ma kellu ebda bidla. Sadattant il-MIDI, il-Medserv u l-International Hotel Investments tilfu aktar minn 0.70% bl-International Hotel Investments jitilfu l-aktar 6.35% għal €0.59.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali kien hemm żieda ta’ 2.06% fil-Hal Mann Vella Group 2024; 0.53% fl-SD Finance 2027; 0.48% fil-MIDI 2026 u 0.46% fl-International Hotrel Investments 2023.

Min-naħa l-oħra, il-Pendergardens Developments 2022 tilfu 0.45%; il-MeDirect Bank (Malta) 2022/27, 0.48% u l-International Hotel Investments 2026 (It-Tieni Ħruġ)tilfu 0.67%,

Iż-żejt Brent riesaq lejn l-inqas prezz din is-sena, u tilef 1.37% għal $69.18 kull barmil bil-U.S.Light Crude jitlef 1.49% għal $59.06.
Il-prezz tad-deheb tela’ b’0.16% għal $1,202.22 u l-fidda b’0.30% għal $14.0371.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-swieq tal-kambju, l-Ewro baqa’ mwaħħal fil-firxa bejn $1.13 u $1.14 matul l-aħħar jiem, jum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew temm l-iskema ta’ xiri ta’ 2.6 Triljun Ewro f’bonds. Il-Bank iżda…

Barranin

L-Ewro għal ftit ħin wera żieda hekk kif avvanzaw il-bonds Taljani wara rapport li l-Italja aktarx tipproponi defiċit ta’ 2% għas-sena d-dieħla, li tkun konċessjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-ewro wara…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Aktar