Barranin
Tiddgħajjef l-ewro u jissaħħaħ id-dollaru

Muniti

L-ewro tbaxxiet għat-tieni jum din il-ġimgħa, u riesqa lejn l-akbar tnaqqis f’ġimgħa għal din is-sena wara l-waqgħa fid-dħul mill-bonds. Dan ġara wara li l-Bank Ċentrali Ewropew estenda x-xiri ta’ bonds sas-sena d-dieħla.

L-indiċi tad-dollaru, li jsegwi basket ta’ sitt muniti rivali ewlenin, żied 0.2% mad-94.8. Dan huwa l-ogħla livell għal tliet xhur u riesaq lejn żieda ta’ 1.1% f’ġimgħa.

Indiċi

Kien hemm volatilità kbira fis-swieq din il-ġimgħa. Id-Dow Jones kompla tiela ‘il fuq b’żieda ta’ 0.31%. L-indiċi Ewropej ewlenin kienu wkoll f’territorju pożittiv hekk kif id-dgħufija tal-ewro tat spinta lill-ISTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 li wrew żieda ta’ 0.57%, 0.68% u 0.63% rispettivament.

Komoditajiet

Il-prezzijiet taż-żejt żammew stabbli din il-ġimgħa, bil-Brent qrib is-$60 kull barmil, mgħejjun minn kummenti mill-Prinċep Eredi tal-Arabja Sawdija li appoġġja l-estensjoni tat-tnaqqis fil-produzzjoni.

Il-prezzijiet tad-deheb tilfu llum biex laħqu l-inqas prezz fi tliet ġimgħat, bid-dollaru jissaħħaħ kontra l-ewro wara l-estensjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-ġimgħa d-dieħla

Il-ġimgħa d-dieħla, l-Unjoni Ewropea se tippublika informazzjoni vitali dwar l-inflazzjoni u r-rata tal-qgħad. Is-suq qed jistenna li l-inflazzjoni teħżien xi ftit b’0.1% u l-qgħad jitjieb b’0.19%.

L-Istati Uniti ser jippublikaw statistika dwar il-fiduċja tal-konsumatur, il-konsum, il-manifattura u l-qgħad. Il-ġimgħa d-dieħla hija wkoll importanti għar-Renju Unit fejn tkun deċiża r-rata tal-interessi li s-swieq qed jistennew li tiżdied b’0.25%.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar