Barranin
Tiddgħajjef l-Isterlina minħabba l-pandemija u n-nuqqas ta’ progress dwar Brexit

Muniti

Iż-żieda fid-dollaru kompliet illum hekk kif l-investituri naqqsu d-dubbji dwar id-dollaru u biegħu lill-ewro minħabba tħassib li l-Bank Ċentrali Ewropew jinsab inkwetat miż-żieda tal-munita unika. Iż-żieda tellgħet lid-dollaru madwar 1.3% fuq l-inqas valur fi 28 xahar kontra basket ta’ muniti milħuq nhar it-Tlieta.

Wara li kmieni din il-ġimgħa l-ewro laħaq id-$1.20, tqanqal tħassib fis-swieq finanzjarji li ż-żieda waslet wisq malajr u qawwija għall-Bank Ċentrali Ewropew. Il-mexxejja tal-Bank kienu rrapurtati li wissew li jekk l-ewro jkompli jiżdied dan ikollu effett ħażin fuq l-esportazzjoni, ibaxxi l-prezzijiet u jkabbar il-pressjoni għal aktar stimulu monetarju.

L-Isterlina llum tbaxxiet, u estendiet it-telf tagħha minħabba t-taħlita tas-saħħa tad-dollaru u fatturi domestiċi dgħajfa: il-ħsara fit-tul għall-ekonomija Brittanika mill-coronavirus u min-nuqqas ta’ progress fin-negozjati tal-Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropew żdiedu llum hekk kif numru ta’ dejta ekonomika moderata saħħew is-sentiment favur  politika ekonomika laxka biex ikun kumbattut l-effett mill-imxija tal-coronavirus.

L-indiċijiet ewlenin f’Wall Street tbaxxew mil-livell għolja tagħhom wara l-ftuħ tan-negozju hekk kif irkupru fuq l-ishma ffokati fuq it-teknoloġija tilfu l-qawwa tagħha u l-aħħar dejta wriet li żdiedu in-nies qegħda.

Shares

Fil-qasam tal-ishma lokali, l-International Hotel Investments kienu fuq quddiem tat-telf b’6.48%, segwiti minn dawk tal-Bank of Valletta li tilfu 1.09%. Min-naħa l-oħra, il-Harvest Technology żdiedu 0.69% u l-MIDI marru l-ħjar bi 2.79%.

Il-BMIT Technologies, l-HSBC Bank Malta u l-PG kollha kienu negozjati mingħajr bidla fil-prezz.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar pożittivi u l-uniku bonds li tbaxxa kienu l-MeDirect Bank (Malta) 2024-2029 b’1.48%.

F’territorju pożittiv kien hemm l-International Hotel Investments  2026 li żdiedu 1%, it-Tumas Investments  2027 b’1.48%, it-Together Gaming Solutions  2024-2026 b’1.54%, l-SD Finance 2027 avvanzaw b’1.93%, il-MIDI 2026 bi 3.44% u l-International Hotel Investments  2024 l-aħjar li marru bi 3.59%.

Prodotti Essenzjali 

Il-prezzijiet taż-żejt estendew it-telf llum, u tilfu aktar minn 2% għall-inqas livell tagħhom minn bidu Awwissu, minħabba li tħassib dwar domanda inqas għall-fjuwil fl-Istati Uniti u irkupru ekonomiku kajman mill-coronavirus tappnu s-sentiment.

Il-prezzijiet tad-deheb ukoll tbaxxew għal qrib l-inqas livell f’ġimgħa, minħabba dollaru aktar b’saħħtu u hekk kif tamiet ta’ rkupru ekonomiku saħħaħ is-sentiment ta’ riskju.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar