Tintensifika l-pressjoni fuq l-ewro

Il-pressjoni ‘l isfel kontra l-ewro intensifikat u baxxiet ir-rata għall-inqas waħda tal-ġimgħa ta’ $1.1280.

L-Isterlina avvanzat kontra l-ewro u d-dollaru wara li l-membru parlamentari ewlieni dwar il-Brexit Jacob Rees-Mogg ta x’wieħed jifhem li jinsab qrib li japprova il-ftehim negozjat mill-Prim Ministru May hekk kif is-swieq qed jistennew il-passi li jmiss fil-proċess tal-Brexit.

Bir-rata tad-dollaru tvarja madwar is-swieq, is-sentiment ta’ riskju rkupra, u għen biex saħħaħ lid-Dollaru Awstraljan, lill-Krona Żvediża u l-Krona Norveġiża.

Sadanitant il-Frank Żvizzeru, li għandu tendenza jissaħħaħ matul taqlib ekonomiku u politiku, tela għall-ogħla rata f’20 xahar ta’ €1.12. Żidiet fil-Frank, meqjus bħala munita soda, kienu mgħejjun mill-istmellija tar-riskju fost dubbji dwar l-ekonomija globali u dan jista’ jġiegħel lill-Bank Nazzjonali Żvizzeru sabiex jintervjenti u jdgħajjef lill-munita.

Indiċi

L-ishma Ewropej kisbu lura xi telf wara erbat ijiem ta’ telf, għalkemm is-sentiment tal-investitur baqa’ fraġili minħabba tħassib dwar l-ekonomija globali, l-inċertezza dwar Brexit u riċessjoni fl-Istati Uniti.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.54% waqt li kien hemm żidiet fil-boroż ewlenin kollha, mmexxija mill-CAC 40 u l-FTSE 100.

Statistika kerha dwar il-manifattura mill-Ġermanja u mill-Istati Uniti qajmet tħassib dwar it-tkabbir globali u, flimkien mal-atteġjament kontra żieda fl-interessi mill-Federal Reserve, wasslu sabiex jiżdied d-dħul fuq l-bills ta’ tlitt xhur fl-Istati Uniti aktar mid-dħul fuq il-bonds Amerikani ta’ 10 snin. Din it-taqliba hija indikatur affidabbli li riċessjoni aktarx tasal f’sena sentejn.

Ishma lokali 

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Mapfre Middlsea kien l-unika sehem li għalaq b’żieda ta’ 0.85%. Il-bqija ma kellhom ebda bidla fil-prezz. 

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Hili Properties 2025 rreġistra l-inqas ċaqliqa bi tnaqqis ta’ 2.84% fil-prezz.

Il-Hili Finance Company 2028 kellhom ukoll tnaqqis ta’ 0.67% waqt li kien hemm żieda ta’1.50% fis-6PM Holdings 2025..

Commodities

Il-prezz taż-żejt wera żieda lejn is-$67.92 hekk kif it-tnaqqis fil-provvisti mill-OPEC u stennija ta’ tnaqqis fl-inventarji Amerikani għelbu t-tħassib dwar domanda inqas minħabba tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

Il-Brent tela’ b’aktar minn 25% fl-2019 mgħejun mit-tnaqqis tal-OPEC u telf minħabba s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran  u l-Venezwela.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

L-ewro waqa’ llum wara sinjali ta’ sentiment li qed jeħżien fost l-investituri Ġermaniżi, għalkemm il-prospett ta’ aktar illaxkar mill-banek ċentrali – l-ewwel bil-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar – irriżulta…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar