Tissaħħaħ l-isterlina hekk kif l-investituri qed jittamaw għal Brexit inqas radikali

L-isterlina ssaħħet illum hekk kif l-investituri kienu qed iħejju għall-vot parlamentari b’xi wħud jittamaw li l-inċertessa kurrenti tintemm bi Brexit inqas radikali minn dak miftiehem mill-Prim Ministru Theresa May.

Il-ftehim ta’ May kien megħlub tliet darbiet nhar il-Ġimgħa u dan tefa’ lill-isterlina taħt id-$1.30. Iżda l-isterlina żammet f’dan il-livell jew ogħla għax l-investituri diġà qed jaħsbu li r-Renju Unit mhux ħiereġ bla ebda ftehim u qed iħejju rwieħhom lejn dewmien twil biex eventwalment ir-Renju Unit jaċċetta rabtiet eqreb mal-Unjoni.

L-ewro żamm ‘il fuq mill-inqas rata fi tliet ġimgħat hekk kif attività mtejba mill-fabbriki Ċiniżi għenu lis-sentiment, bid-Dollaru Awstraljan fuq quddiem b’żieda ta’ nofs perċentwal. L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro tbaxxiet bla mistenni matul Marzu, u dan kabbar il-problemi tal-Bank Ċentrali Ewropew bil-ġlieda kontra tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li qed jhedded li jfarrak l-istimulu tal-aħħar snin.

Indiċi

Is-swieq monetarji fiż-żona tal-ewro llum kienu qed jittamaw li jkun hemm tnaqqis fir-rata tal-interessi mill-Bank ĊentraLI Ewropew din is-sena f’sinjal ieħor li l-prospetti dwar ir-rati qed jinbidlu madwar is-swieq internazzjonali.

L-ishma Ewropew bdew it-tieni kwart fuq nota tajba bis-setturi ewlenin iżidu l-prezz wara irkupru sorprendenti fiċ-Ċina u sinjali ta’ progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-iSTOXX 50 tela’ b’0.66%, id-DAX b’0.95% mgħejjun mill-ishma tal-produtturi tal-karozzi.

Ishma lokali

Fis-suq tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta żdiedu b’1.45% segwit mill-BMIT Technologies b’żieda ta’ 0.96%. F’territorju negattiv kien hemm il-Main Street bi tnaqqis ta’ 4.76% u l-International Hotel Investments b’telf ta’ 2.60%.

Bonds lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Bank of Valletta 2019 tilfu 1.01% segwiti minn tnaqqis ta’ 0.48% fl-International Hotel Investments 2026. Best Deal Properties Hodings 2024 żdiedu b’0.98%.

Il-provvista taż-żejt mill-OPEC tbaxxiet għall-inqas livell f’erba’ snin matul Marzu, għax l-Arabja Sawdija naqqset aktar milli kellha tnaqqas mill-provvista waqt li l-provvista mill-Veneżwela naqset minħabba s-sanzjonijiet Amerikani.

Aħbarijiet Oħra

Ir-rata tal-ewro kontra d-Dollaru Amerikan baqgħet baxxa matul is-sessjoni Ewropea u tbaxxiet għall-inqas livell fi 22 xahar ta’ madwar $1.1118. Tħassib dwar it-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku fil-Ġermanja kompla jitfa’ pressjoni fuq…

Barranin

Muniti L-ewro baqa’ taħt pressjoni kontra d-Dollaru Amerikan wara l-ħruġ ta’ statistika ekonomika dwar il-Ġermanja li kienet dgħajfa aktar milli maħsub. L-ewro tilef 0.15% għal $1.1210. Barra dan, l-ewro tbaxxa…

L-ewro sa issa kien negozjat b’mod imħallat, żamm sod kontra d-dollaru li miegħu tilef 0.08% għal $1.1245. Barra dan, l-ewro tilef 0.27% kontra l-Isterlina u 0.10% kontra l-Yen. Il-munita unika…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet illum hekk kif kompla l-irkupru tad-dollaru, u l-istatistika tajba dwar il-bejgħ bl-imnut fir-Renju Unit ma kinetx biżżejjed biex tqajjem lill-munita mis-sitwazzjoni li tinsab fiha wara l-estensjoni ta’…

Aktar