Barranin
Titbaxxa l-Isterlina wara l-parir legali dwar l-aħħar ftehim dwar il-Brexit

Il-Brexit kiseb aktar attenzjoni hekk kif mhuwiex ċar dwar jekk l-aħħar ftehim tal-Prim Ministru Theresa May biex tirrevedi il-ftehim tat-tluq mill-Unjoni Ewropa hux ser jikseb l-appoġġ parlamentari. L-Attorney General Geoffrey Cox ta’ daqqa ta’ ħarta lill-ftehim meta qal li r-riskju legali tal-backstop Irlandiża ma nbidilx. L-Isterlina waqgħet bl-akbar rata minn Diċembru u tilfet iż-żidiet kollha ta’ din il-ġimgħa.

L-Ewro kellu żieda ta’ 0.32% kontra d-Dollaru għal $1.1281 wara li ċ-ċifri dwar l-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur wrew żieda ta’ 0.2% għax-xahar matul Frar u 1.5% fuq sena. Il-prezzijiet, meta jitħallew barra l-ikel u l-enerġija, kibru inqas milli mistenni 0.1% fuq xahar u 2.1% fuq sena, anke hawn kontra l-estmi.

L-Ewro żdied ukoll 1.01% kontra l-Isterlina 0.12% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.18% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.13% kontra l-Yen. L-ewro tilef 0.06% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

L-ishma Ewropej daħlu f’territorju negattiv u l-Isterlina tbaxxiet bil-qawwi wara l-parir legali dwar l-aħħar ftehim dwar il-Brexit.  Id-Dow Jones, l-S&P u n-Nasdaq tbaxxew, bis-swieq tal-ishma Amerikani iffukati fuq l-ishma tal-kumpaniji tal-ajru wara li r-regolaturi u kumpaniji bdew iwaqqfu t-titjir mill-Boeing 737 Max wara żewġ ajruplani ta’ dan it-tip ikkrxxja f’ħames xhur.

L-indiċijiet Ewropej kienu f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 żdied b’0.40%; l-iSTOXX 50 tilef 0.33%; id-DAX b’0.29% u l-CAC 40 b’0.30%.

Id-Dow Jones tbaxxa b’0.08% mal-ftuħ waqt lil-indiċi tal-Borża ta’ Malta tbaxxa b’0.105%.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-GlobalCapital, il-Mapfre Middlesea, il-PG u l-GO żdiedu b’aktar minn 15.00%, 3.64%, 1.47% u 0.40% rispettivament.

Min-naħa l-oħra, il-Malta Post, il-Bank of Valletta u l-Malita Investments tilfu aktar minn 0.70% bil-Malita jitbaxxa b’6.77% għal €0.90.

Bonds

 Fis-settur tal-bonds lokali, il-MIDI 2026, il-Medserv 2020/23, il-Hili Finance Company 2028 u l-Premier Capital 2026 żdiedu b’aktar minn 0.20%.

Il-Bortex Group Finance 2027, il-Pendergardens Developments 2020 u l-Hili Properties tilfu 0.97%, 1.44% u 1.94% rispettivament.

Commodities

Iż-żejt Brent żdied b’0.72% għal $67.06 waqt li l-United States Light Crude żdied b’0.65% għal $57.15, l-ogħla f’aktar minn ġimgħa.

Id-deheb żdied b’0.22% għal $1,296.24 waqt li l-fidda telgħet b’0.67% għal $15.41.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Barranin

Muniti L-Ewro llum żdied kontra d-Dollaru u l-Isterlina hekk kif kienet irtirata theddida Amerikana ta’ tariffi kontra l-karozzi, għalkemm iż-żieda fir-rata kienet limitata minn inċertezza dwar l-elezzjonijiet Parlamentri Ewropej tal-ġimgħa…

Barranin

Muniti L-ewro żdied b’0.15% għal $1.1238; madankollu mbagħad irtira għal $1.1212. Il-munita unika kienet reżiljenti minkejja l-aħħar sensiela ta’ tensjonijiet kummerċjali u x’aktarx dan seħħ minħabba persuni li kienu qed…

Aktar