Barranin
Titbaxxa l-Isterlina wara li May ħassret il-vot dwar Brexit fil-Parlament

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali fil-Parlament dwar il-ftehim Brexit.

Id-Dollaru Amerikan b’mod ġenerali kien tbaxxa kontra l-muniti tal-Grupp tal-10 waqt li ssaħħaħ kontra l-Isterlina wara r-rapporti dwar il-vot fil-Parlament.

Sadanitant l-Ewro kien aktar b’saħħtu kontra l-muniti kollha bl-aħjar rata kontra l-Isterlina. Kien hemm żidiet marġinali kontra l-Frank Żvizzeru li ukoll issoda iżda ma laħħaqx mal-pass tal-Ewro.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti tbaxxew flimkien ma’ dawn fl-Ewropa u fl-Asja hekk kif l-investituri studjaw l-previżjoni għat-tkabbir ekonomiku globali u ż-żieda potenzjali ta’ tensjoni bejn Washington u Beijing. Id-Dow Jones fetaħ 2.24% aktar baxx u kellu potenzjal li jkompli jitbaxxa. It-Topix tal-Ġappun tilef kważi 2% waqt li t-telf fl-Ewropa kien inqas, madwar il-livell ta’ 0.5%. Il-FTSE 100 tal-Ingilterra kien kontra x-xejra u żdied b’0.3%. L-indiċi lokali żdied b’0.165%.

Fil-qasam tal-ishma lokali, it-Tigne Mall urew żieda ta’ 10% waqt li l-International Hotel Investments żdiedu bi 3.5% segwiti mill-Malta Properties Company li żdiedu bi kważi 1%. F’territorju negaittiv kienu l-ishma finanzjarji fosthom il-Mapfree MiddleSea u l-Bank of Valletta li tilfu bejn 0.5% u 1.00%.

Local Bonds

Fis-sessjoni tal-Bonds lokali, il-Premier Capital 2026 żdiedu b’1.26% u kien hemm żieda minima fil-Virtu Finance Bonds 2027. Il-Hal Mann Vella Group tilfu 0.47% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.94% fl-Exalco Finance.

In-negozju fil-prodotti essenzjali kien negattiv bil-fjuwil ikun negozjat 1% inqas. Iż-żejt mhux maħdum tilef 1.25% waqt li l-Brent tilef 0.92% għal $61.07.

Id-deheb u l-fidda tilfu 0.24% u 0.52%.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina llum estendiet it-telf tal-aħħar sitt ġimgħat, għalkemm f’xi ħin kienet qed tiġi nnegozjata għal 0.8926 kull ewro jew 0.25% inqas. It-tħassib kiber li r-Renju Unit riesaq lejn tluq…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum tbaxxiet minħabba tħassib li qed jikber li l-ġlieda dwar it-tmexxija tal-Partit Konservaittiv tista’ twassal għal tluq diżordinat mill-Unjoni Eweropea. Boris Johnson, li jinsab fuq quddiem nett biex…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbiegħdet mill-inqas rati f’ħames xhur kontra l-Ewro wara li l-pagi fir-Renju Unit matul April żdiedu aktar milli kien mistenni. L-Isterlina dan l-aħħar kienet batuta hekk kif l-investituri qagħdu…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum tħabat qrib l-inqas rata f’seba’ ġimgħat, minħabba li kulħadd qed jistenna li l-Federal Reserve ser inaqqas ir-rata tal-interessi bi tweġiba għar-riskji relatati mal-konflitti kummerċjali. L-indiċi tad-dollaru ma…

Aktar