Barranin
Titbaxxa l-produzzjoni industrijali fil-Ġermanja għal-livell rekord

Il-produzzjoni industrijali Ġermaniżi tbaxxiet għal-livelli rekord matul April hekk kif il-koronavirus sfurzat kumpaniji fl-akbar ekonomija tal-Ewropa biex inaqqsu l-produzzjoni. L-ewro ma kellu ebda movement, wara li tbaxxa mil-livelli għolja riċenti, għal $1.1307. Huwa kien laħaq l-ogħla rata fi tliet xhur ta’ $1.1384 il-ġimgħa li għaddiet wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar li kien qed jespandi l-programm ta’ stimulu tiegħu.

L-Isterlina żdiedet kontra d-dollaru, hekk kif pjani biex ikunu llaxkati l-miżuri tal-koronavirus fir-Renju Unit u sinjali li l-ekonomija tista’ tirkupra minħabba ż–żieda fid-domanda żammew lill-munita taħt id-$1.27 dan ix-xahar hekk kif bosta ekonomija fetħu wara l-lockdowns, u dan dgħajjef id-domanda għal munita Amerikasna.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa tbaxxew mill-ogħla livelli fi tliet xhur b’telf fis-setturi tal-kura tas-saħħa u tat-teknoploġija waqqaf rkupru riċenti minħabba tamiet ta’ rkupru wara l-pandemija.

L-S& P 500 u d-Dow Jones kienu resqin lejn żieda, wara iż-żidioet qawwija tal-ġimgħa li għaddiet wara li rkupru sorprendenti fl-impjiegi saħħaħ l-fehmiet li l-ekonomija Amerikana rnexxielha tegħleb l-agħar tal-effetti ekonomiċi mill-pandemija.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Malta Properties Company kienu fuq quddiem tat-telf bi 3.23%. segwiti mill-Medserv bi 2.99% u l-HSBC Bank Malta bi tnaqqis ta’ 2.04% u għalqu bil-prezz ta’ €0.96 kull sehem.

F’territorju pożittiv, il-Malta International Airport avvanzaw 1.74%, il-Bank of Valletta zdiedu bi 2%, it-Tigne Mall laħqu l-prezz ta’ €0.82 b’żieda ta’ 2.50% u l-MIDI marru l-aħjar bi 2.63%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Mediterranean Maritime Hub Finance  2026 tilfu 0.92% segwiti mill-SP Finance  2029 0.50%.

Fin-naħa pożittiva kien hemm l-AX Investments 2024 b’0.73%, il- Bortex Group Finance 2027 b’0.98%, l-iStivala Group Finance 2027 avvanzaw bi kważi 1%, il-Von der Heyden Group Finance  2024 żdiedu 1.78% u l- Medserv  2020-2023 L-ewwel serje, l-ewwel tranche kienu l-aħjar bi 2.78%.

Il-prezz taż-żejt llum tbaxxa wara li l-Għarabja Sawdija qalet li estensjoni tat-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-alleati mhux ser jinkludi tnaqqis extra voluntarju minn tlieta mill-produtturi tal-Golf.

L-OPEC, ir-Russja u produtturi oħra qablu matul April li jnaqqsu l-produzzjoni b’9.7 miljun barmil kuljum f’Mejj u Ġunju. Nhar is-Sibt li għadda qablu li jkomplu b’dan it-tnaqqis matul Lulju.

Il-prezzijiet baxxi wasslu lix-xerrejja Ċiniżi li jkabbru l-importazzjoni. Xiri mill-akbar importatur taż-żejt mhux raffinat laħaq livell record ta’ 11.3 miljun barmil kuljum matul Mejju.

Il-prezz tad-deheb żdied llum mgħejun minn xiri tekniku wara t-tnaqqis tas-sessjoni ta’ qabel, waqt li investiture stennew il-laqgħa dwar il-poplitika monetarja mill-Federal Reservce wara żieda sorprendenti fl-għadd ta’ impjiegi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar