Barranin
Titjib fis-sentiment tas-swieq wara li naqset it-tensjoni bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti

Id-dollaru llum żdied għall-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra grupp ta’ muniti ewlenin, inkorraġut minn irkupru f’Wall Street u sinjali li l-Istati Uniti aktarx li ser tinnegozja ftehim fit-tilwima kummerċjali maċ-Ċina. L-isterlina kompliet titbaxxa kontra d-dollaru u kontra l-ewro wara li stħarriġ ewlieni wera li s-settur tas-servizzi fir-Renju Unit qed jikber bl-inqas rata minn wara l-vot fl-2016 biex l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropew.

L-istokks fl-Istati Uniti fetħu ogħla llum, mgħejjuna minn żidiet fl-ishma tal-Amazon u tal-Facebook, fost tnaqqis fit-tħassib dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-Dow Jones Industrial Average wera żieda ta’ 0.56%. L-istokks fl-Ewropa wkoll żdiedu hekk kif l-investituri daħlu f’assi riskjużi f’irkupru ta’ serħan wara li naqas it-tħassib dwar gwerra kummerċjali. L-iSTOXX 500 żdied b’1.66% għall-ogħla livell f’ġimagħtejn, mgħejjun minn żieda fil-prezz tal-ishma finanzjarji u industrijali, u segwa ż-żieda f’Wall Street u l-Asja.

Il-prezzijiet taż-żejt baqgħu stabbli wara li tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tnaqqis fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat tal-Istati Uniti sostnew is-suq. Iż-żejt mhux raffinat Brent kien 2 ċenteżmi inqas għal $69 dollaru kull barmil waqt li l-West Texas Intermediate tilef 11-il ċenteżmu għal $63.56 kull barmil. Analisti fil-Commerzbank qalu li l-prezzijiet taż-żejt qed japprofittaw mit-titjib fis-sentiment fis-swieq hekk kif qed jidhru sinjali ta’ soluzzjoni fit-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu llum wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina wrew li lesti jirriżolvu t-tilwima permezz tan-negozjati u b’hekk naqset id-domanda għad-deheb bħala investiment sigur. L-Investituri ċaqilqu l-flus lejn l-ishma, u b’hekk saħħew is-swieq waqt li ssaħħaħ id-dollaru biex id-deheb sar iqum aktar għal dawn li jużaw muniti oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru niżel mill-ogħla livell f’din l-aħħar sena wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump esprima tħassib dwar munita b’saħħitha għaliex qal li din tqiegħed lill-Istati Uniti fi żvantaġġ. Il-munita unika…

Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Aktar