Barranin
Tnaqqis b’aktar minn 2% fl-ishma Ewropej wara li ċ-Ċina żiedet il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar

Muniti

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull ewro.

L-ewro tilef ukoll iż-żidiet bikrin kontra d-dollaru wara li l-istitut Ġermaniż, Ifo, qal li s-sentiment tan-negozji Ġermaniżi tbaxxa bla mistenni matul Jannar. L-ewro ma kellu ebda bidla fir-rata ta’ $1.1023.

L-Isterlina kienet b’mod ġenerali stabbli llum qabel deċiżjoni ewlenija tal-Bank of England dwar ir-rata tal-interessi aktar tard din il-ġimgħa li l-analisti ftit li xejn jistgħu jbassru. Statistika ekonomika dgħajfa u kummenti moderati minn membri tal-Bank of England qajmu spekulazzjoni li l-bank ċentrali jista’ jbaxxi r-rati tal-interessifil-laqgħa ta’ nhar il-Ħamis.

Indiċi

Il-ħsara potenzjali mill-coronavirus li qed jinxtered sewwa fiċ-Ċina wasslet għal tnaqqis ta’ aktar minn 2% fl-ishma Ewropej wara li t-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja żiedet il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u estendew il-btajjel tas-Sena l-Ġdida Lunari.

Aktar minn 97% tal-ishma fl-iSTOXX 600 kienu qed jiġu nnegozjati f’territorju negattiv b’ħafna jitbaxxew minn livelli għolja rekord, u tilfu madwar 180 Biljun ewro f’kapitalizzazzjoni tas-swieq mill-indiċi ishma Ewropew.

L-indiċijiet tal-ishma fl-Istati Uniti kienu resqin lejn tnaqqis ta’ aktar minn 1% mal-ftuħ illum minħabba t-tħassib dwar l-effetti finanzjarji tal-virus li laqat liċ-Ċina.

Ishma relatati mal-ivvjaġġar, inklużi linji tal-ajru, casinos u lukandi kien l-aktar li marru ħażin, b’bosta bliet fiċ-Ċina magħluqin minħabba biża’ ta’ kontaminazzjoni u minħabba li kienu rrapurtati każijiet ġodda madwar id-dinja.

Ishma Lokali

Fil-Qasam tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies tilfu 1.92%, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.47% waqt li l-Lombard Bank Malta avvanza b’ 4.59%. Kien hemm tnaqqis ta’ 3.68% fil-Malta Properties Company waqt li l-ishma bl-akbar żieda kienu dawk ta’ Main Street Complex li żdiedu b’5.45% għal $0.58. Il-PG għalqu pożittivament bi 3.52%.

Fis-settur tal-bonds lokali, l-AX Group 2029 tilfu 0.58%, il-Bortex Group Finance 2027 tbaxxew b’0.49%, waqt li Dizz Finance 2026 żdiedu b’ 0.88% u l-Hili Finance Company 2029 b’0.50%.

Il-Mediterranean Investments Holdings 2022 żdiedu b’1.50%, Simonds Farsons Cisk 2027 tilfu 0.92% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.50% fil- Von der Heyden Group Finance 2024.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew taħt is-$60 għall-ewwel darba fi kważi tliet xhur illum, hekk kif żdiedu l-imwiet mill-coronavirus fiċ-Ċina u aktar negozji kienu sfurzati jagħlqu u dan qajjem l-aspettattiva ta’ domanda inqas għaż-żejt.

Il-prezz tad-deheb wera żieda ta’ 1% illum qrib l-ogħla prezz fi tliet ġimgħat minħabba t-tħassib li qed jikber dwar il-virus fiċ-Ċina u li dan jista’ jolqot ħażin lill-ekonomija globali. Dan wassal sabiex l-investituri imorru għal assi sikuri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għar-raba’ jum wara l-ieħor kontra d-Dollaru hekk kif is-saħħa tal-munita Amerikana u t-tħassib dwar il-bidu tat-taħditiet kummerċjali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea warrbu min-nofs l-istatistika li…

Barranin

Muniti Id-dollaru żdied illum għall-ogħla rata fi kważi 3 snin kontra l-ewro, li kienet taħt pressjoni minn stħarriġ Ġermaniż li wera tnaqqis fil-fiduċja tal-investitur fl-ikbar ekonomija tal-Ewropa. L-ewro tbaxxa b’0.36%…

Barranin

Muniti L-ewro tħabat biex żamm qrib l-inqas rata fi tliet snin hekk kif l-investituri huma mħassba dwar it-tnaqqis fit-tkabbir fir-reġjun, waqt li l-isforzi Ċiniżi biex jillimitaw il-ħsara mill-coronavirus jidher li…

Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Aktar