Barranin
Tnaqqis fid-dollaru jgħin biex jiżdied il-prezz tad-deheb

Il-Yen Ġappuniż żdied għall-ogħla rata f’ħames xhur wara bejgħ qawwi tad-dollaru u spekulazzjoni li l-Bank of Japan dalwaqt jibda jnaqqas il-livell rekord tal-istimulu monetarju. Il-yen żdied b’1.5% kontra d-dollaru dan ix-xahar, u bbenefika l-ġimgħa li għaddiet mill-ġirja tal-investituri lejn muniti meqjuża aktar siguri fost l-inkwiet fis-swieq tal-ishma. Iżda waqt is-sentiment tar-riskju rkupra din il-ġimgħa, l-investituri komplew ibigħu d-dollaru u jixtru l-Yen. Id-dollaru tilef sa nofs punt perċentwal kontra basket ta’ muniti, u tilef xi ftit miż-żidiet tal-ġimgħa li għaddiet, meta gawda mill-aħjar perjodu mill-2016.

L-Isterlina ssaħħet hekk kif statistika wriet li l-inflazzjoni fir-Renju Unit baqgħet qrib l-ogħla f’sitt snin matul Jannar, u b’hekk saħħet il-fehma tal-investituri li l-Bank of England ser jerġa’ jżid ir-rati tal-interessi f’Mejju. Il-Bank of England il-ġimgħa li għaddiet issorprenda lis-swieq finanzjarji meta indika li r-rati jistgħu jimxu b’aktar għaġġla milli kien mistenni qabel, hekk kif il-Bank irid jwassal l-inflazzjoni lura lejn il-mira tiegħu ta’ 2% fi żmien sentejn aktar milli fi tlieta. Dan saħħaħ il-fehma tas-swieq  b’70% li hemm ċans li żieda ta’ kwart ta’ punt fl-interessi sa Mejju u bejn wieħed u ieħor ċans ta’ 50% ta żieda oħra sa 1% sa tmiem is-sena – livell li l-aħħar li ntlaħaq kien fl-2009.

Id-Dollaru Kanadiż tilef, u ma laħaqx il-prestazzjoni ta’ bosta muniti maġġuri oħrajn hekk kif l-investituri studjaw l-istatistika li turi żieda fis-sentiment dwar is-saħħa tal-munita.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej batew b’kuntrast ma’ Wall Street li avvanza matul il-lejl għat-tieni jum, u hekk kif għadd ta’ rapporti finanzjarji mill-kumpanija ma rnexxielhomx jagħtu spinta lill-indiċijiet. Dow Jones fetaħ negattivament u tilef madwar nofs punt fil-mija tal-valur tiegħu mal-ftuħ. Il-FTSE 100 kien pożittiv wara nofsinhar waqt li t-Topix tilef kważi 1%. L-indiċi lokali żdied bi kważi 0.2% hekk kif l-ishma u l-bonds kellhom jum pożittiv.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma, fuq quddiem kien hemm Trident Estates li żdiedu bi 2% illum. Il-Malta Properties, il-Malita Investments u l-HSBC żdiedu b’aktar minn 1%. Fit-territorju negattiv kien hemm l-RS2 Software bi tnaqqis taż ftit aktar minn tliet kwarti ta’ 1%.

Bonds

L-uniku bond lokali b’moviment konsidervoli kien il-Mediterranean Investment Holdings 2021 li żdiedu bi 3.63%. Tibdil żgħir kien hemm fi Stivala Group b’0.24%. F’territorju negattiv kien hemm il-MIDI, il-Virtu Finance u l-Premier Capital li kollha tilfu madwar 0.25%.

Economic indicators

L-inflazzjoni fir-Renju Unit matul Jannar żammet mal-ogħla livell fi kważi sitt snin, u dan poġġa l-isfida li hemm quddiem il-Bank of England u ssaħħaħ it-tamiet ta’ żieda fir-rati tal-interessi f’Mejju. L-istatistika tal-lum wriet li l-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur żammet mar-rata annwali ta’ 3.0%, b’ebda bidla minn Diċembru u ’l fuq mit-tbassir ta’ 2.9%. Ekonomista ewlieni ġie kkwotat li qal li dan ikompli jżid mal-każ għal żieda fir-rati tal-interessi kmieni milli tard.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt kien qed jiġi nnegozjat bi tnaqqis ta’ 1% fil-prezz mill-ftuħ tas-sessjoni bil-Brent ikkwotat $62.16 kull barmil.

Id-deheb żdied għat-tieni jum hekk kif id-dollaru tbaxxa minħabba l-irkupru fl-ishma globali, li tappan is-sentiment għall-munita Amerikana bħala munita ta’ sigurtà. Tnaqqis fil-prezz tad-dollaru, li bih huwa pprezzat id-deheb, għen biex il-prezz tad-deheb iżid kważi 2% minn dak tal-ġimgħa li għaddiet ta’ $1,306.81 kull uqija li kien l-inqas f’xahar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Aktar