Barranin
Tnaqqis fil-produzzjoni industrijali Ġermaniża qed tirrifletti ħażin fuq l-ewro

Muniti

L-ewro tbaxxa hekk kif l-ekonomija taż-żona tal-ewro qed turi tnaqqis fir-ritmu, waqt li d-dollaru żdied minkejja t-twemmin li l-Federal Reserve ser jagħmel pawża fiż-żidiet tar-rati tal-interessi.

Waqgħa mhux mistennija fil-produzzjoni industrijali Ġermaniża għat-tielet xahar wara l-ieħor għenet fil-waqgħa tal-ewro. It-tnaqqis kien modest iżda wera t-tħassib dwar tnaqqis ekonomiku u l-kawtela tal-Bank Ċentrali Ewropew hekk kif qed jipprova joftom lir-reġjun mill-istimulu monetarju.

L-esportaturi Ġermaniżi qed jitħabtu minħabba domanda globali aktar dgħajfa u t-tilwim kummerċjali mmexxi mill-politiki tal-President Trump.

L-ewro tilef 0.29% kontra dollaru għal $1.1442. Il-munita ilha f’din il-firxa minn nofs Novembru. L-ewro tilef ukoll 0.07% kontra l-Isterlina; 0.10% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.31% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.20% kontra l-Yen u 0.10% kontra l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-ishma Amerikani u dawk Ewropej żdiedu hekk kif l-investituri stennew żviluppi mit-taħditiet bejn l-akbar żewġ ekonomija fid-dinja.

Il-FTSE 100 żdied 1.01%; l-iSTOXX 1.17%; id-DAX 1.09% u l-CAC 40 1.56%.

Id-Dow Jones fetaħ 1.06% ogħla waqt li l-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.094%,

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, il-GO u l-International Hotel Investments kellhom żieda ta’ 3.59% u 2.50% rispettivament. Il-PG u l-RS2 Software baqgħu bla ebda tibdil. Sadattant kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 1.30% fit-Trident Estates, fil-Bank of Valletta u fil-Malta Properties Companies biex għalqu bil-prezz ta’ €1.48; €1.30 u €1.48 rispettivament.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2024, il-Bank of Valletta 2030 (L-Ewwel Serje, il-Bortex Group Finance 2027 u t-Tumas Investments 2027 telgħu b’aktar minn 0.20% bl-International Hotel Investments 2024 juru l-akbar żieda ta’ 2.11% għal €111.50.

Sadattant il-Von der Heyden Group Finance 2024; is-6PM Holdings 2025 u l-Hili Finance Company 2028 tilfu 0.10%, 0.19% u 0.49% rispettivament.

Il-prezz tal-Brent tela’ b’1.22% għal $58.03 weaqt li l-U.S. Light Crude tela’ b’1.26% għal $49.14.
Fil-metalli prezzjużi, id-deheb tbaxxa b’0.70% għal $1,280.16 u l-fidda kellha tnaqqis ta’ 0.54% għal $15.57.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro qed jiġi nnegozjat kontra d-dollaru ‘l fuq minn $1.1300, u qed jipprova jirkupra wara l-waqgħa ta’ nhar il-Ġimgħa. Iż-żieda hija parzjalment dovuta għall-korrezzjoni u parzjalment tweġiba għat-tagħrif tajjeb…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa kontra basket ta’ muniti waqt li l-Isterlina żdiedet bi ftit mal-aħbar li l-Prim Ministru Theresa May irnexxielha tikseb ftit taż-żmien ieħor biex tirrisolvi meta u kif r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-Isterlina estendiet it-telf tagħha u s-suq tad-derivattivi wera aktar dgħufija minħabba li qed tikber il-biża’ li jista’ ma jkunx hemm ftehim dwar il-Brexit hekk kif il-membri parlamentari qed iżommu…

Barranin

L-irkupru tal-ewro naqas matul din il-ġmgħa. L-IFO baxxa t-tbassir ta’ tkabbir għall-Ġermanja, 0.6% għal din is-sena, waqt li l-istatistika ekonomika mill-Istati Uniti kienet imħallta u ma tat ebda gwida ta’…

Aktar