Barranin, Lokali
Togħla l-isterlina mal-aħbar tar-referendum għall-indipendenza tal-Iskozja

Muniti Kontra l-ewro

Id-dollaru llum irkupra wara l-agħar tlett ijiem ta’ telf minn kmieni Diċembru, bl-impatt ta’ rati ta’ interessi tas-suq ogħla biddluh bħala pożittiv kontra l-ewro u basket ta’ muniti.

L-isterlina żdiedet kontra d-dollaru u l-ewro wara li l-Ewwel Ministru tal-Iskozja Nicola Sturgeon talbet referendum ġdid dwar l-indipendenza tal-Iskozja iżda qalet li għandu jsir mhux qabel tard fl-2018.

Id-dollaru Kanadiż żdied kontra dak Amerikan hekk kif il-prezzijiet taż-żejt irkupraw it-tlef ta’ qabel, waqt li l-investituri qed jistennew żieda fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti din il-ġimgħa.

Indiċijiet

Id-Dow Jones fetaħ b’telf ta’ 0.21%.

L-ishma Ewropej kienu ġeneralment ogħla: Il-FTSE100, l-ISTOXX 50, id-DAX u l-CAC 40 żdiedu b’0.35%, 0.11%, 0.28% and 0.33% rispettivament.

It-Topix żdied b’0.22%, iżda l-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.32%.

Ishma Lokali

Is-suq tal-ishma lokali llum kien b’mod ġenerali negattiv. L-RS2 Software u l-Malta International Airport tilfu 1.21% u 1.20% rispettivament. Imbagħad kien hemm telf ta’ 0.92% fil-Plaza Centres; ta’ 1.30% fil-Malita Investments; ta’ 1.92% fl-HSBC Bank Malta u ta’ 3.64% fit-Tignè Mall.

Bonds Lokali

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet imħallta. Il-Premier Capital 2026 żdiedu b’0.50%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.49% u l-Island Hotel Group Holdings 2024 b’0.23%. Il-Global Capital 2021 u l-Mediterranean Investments Holdings 2017 tilfu 0.99% u 1.04% rispettivament.

Indikaturi Ekonomiċi

Il-produzzjoni industrijali fl-Italja naqset bi 2.3% matul Jannar wara li kellha żieda ta’ 1.4% f’Diċembru. Dan kien eħżen mit-tnaqqis ta’ 0.8% mistenni mill-ekonomisti mistħarrġa minn Bloomberg News.

Dan ir-riżultat huwa diżappuntanti iżda jrid jitqiegħed f’perspettiva ta’ xahar tajjeb ħafna preċedenti. Dejta industrijali ta’ kull xahar hija volatili, u sabiex wieħed jieħu idea aħjar tax-xejra usa’ ikun aħjar li wieħed jara l-medja ta’ tliet xhur minn sena għal sena. Skont dan, ir-riżultat huwa pożittiv bi 3.2% f’Jannar u 3.8% f’Diċembru.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt baqa’ qrib l-inqas għal tliet xhur, għax iż-żieda fil-ħażniet Amerikani u l-attività tat-tħaffir għelbu l-ottimiżmu dwar l-isforzi tal-OPEC biex tirrestrinġi l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, iżda fi tmiem il-ġurnata l-prezz kien 0.06% ogħla.

Id-deheb żdied għax qed jitqies bħala assi sigur qabel l-elezzjonijiet fl-Ewropa u tbiegħed mill-prezzijiet baxxi tal-aħħar ħames ġimgħat li ntlaħqu l-ġimgħa li għaddiet minħabba l-istennija ta’ żieda fir-rati tal-interessi Amerikani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar