Barranin
Tonqos b’aktar min-nofs il-produzzjoni taż-żejt minħabba l-maltemp tropikali

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti.

Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li reġa’ ssaħħaħ kontra l-kumplament tal-muniti wara li dejta dwar l-inflazzjoni aktar qawwija milli mistenni fl-Istati Uniti xekklet il-prospett ta’ qtugħ aggressiv fir-rata tal-interess tal-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar.

Is-sinjali ta’ tisħiħ fl-inflazzjoni flimkien ma’ dejta separata dwar il-qgħad li turi li s-suq tax-xogħol baqa’ qawwi, naqqsu l-aspettattivi tas-suq finanzjarju ta’ qtugħ aggressiv ta’ 50 punt bażi fil-laqgħa tal-Federal Reserve li se ssir bejn it-30 u l-31 ta’ Lulju. Is-swieq għadhom qed jistennew qtugħ ta’ kwart ta’ punt perċentwali hekk kif dawk li jagħmlu l-politiċi fl-Istati Uniti qed ifittxu li jappoġġjaw ekonomija aktar kajmana.

L-ismha Ażjatiċi għaddew minn telf żgħir għal qligħ il-Ġimgħa hekk kif l-investituri stennew dejta dwar il-kummerċ, is-self u t-tkabbir fiċ-Ċina u hekk kif tħassib dwar tensjonijiet fil-kummerċ bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti naqqsu l-ottimiżmu fl-aspettattivi ta’ qtugħ fir-rata tal-Federal Reserve dan ix-xahar.

L-iStoxx 50 STXEc1 telgħu għal 0.29% fil-livell ta’ 3,500, id-DAX Ġermaniż tela’ għal 0.36% fil-livell 12,367 u l-FTSE telgħu għal 0.34% fil-livell ta’ 7,475. L-investituri finanzjarji jistennew li l-CAC ta’ Pariġi jiftaħ ogħla b’0.38%.

Il-bonds fuq għaxar snin tal-Gvern Ġermaniż mistennija jiffaċċjaw l-ikbar bejgħ sa minn Frar 2018 il-Ġimgħa hekk kif sinjali ta’ saħħa ekonomika fl-Istati Uniti u parti mill-Ewropa qed ibassru li se tingħeleb il-biża’ ta’ pessimiżmu ekonomiku.

Il-prezzijiet taż-żejt kienu qrib l-ogħla livell f’dawn l-aħħar sitt ġimgħat hekk kif il-produtturi taż-żejt fil-Golf tal-Messiku naqsu b’aktar min-nofs il-produzzjoni tagħhom minħabba l-maltemp tropikali u t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani.

Iż-żejt Brent tela’ 53 ċenteżmu jew 0.8%, fil-livell ta’ $67.05 kull barmil. Il-livell internazzjonali niżel 0.7% nhar il-Ħamis wara li laħaq l-ogħla livell sa minn Mejju għal-livell ta’ $67.65 kull barmil.

Iż-żejt tal-West Texas tela’ 42 ċenteżmu jew 0.7%, bil-prezz ta’ $60.62 kull barmil. Il-livell tal-Istati Uniti kienu fl-ogħla livell tiegħu sa mit-23 ta’ Mejju fis-sessjoni preċedenti fil-livell ta’ $60.94.

Il-prezz tad-deheb tela’ l-Ġimgħa u miexi lejn l-ogħla livell fil-ġimgħa meta ssaħħaħ ‘il fuq mill-$1,400 hekk kif tensjonijiet ġodda fil-kummerċ bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti qalb tħassib globali u prospetti ta’ qtugħ fir-rata tal-interess mill-Federal Reserve kebbsu l-bżonn għal domanda sigura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-yen illum baqa’ mwaħħal mal-inqas rata f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru hekk kif sinjali li juru li l-Istati Uniti u ċ-Ċina qed inaqqsu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-kummerċ qabel taħditiet kruċjali,…

Barranin

Muniti L-ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru, jum qabel ma l-Bank Ċentrali Ewropew huwa mistenni li jżid aktar stimulu monetarju biex jixpruna lill-ekonomija tar-reġjun. Ħames sorsi familjarji mad-diskussjoni…

Barranin

Muniti L-ewro żdied illum wara li rapport li l-Ġermanja aktarx li żżid l-istimulu fiskali kabbar it-tamiet li l-gvernijiet ser jaġixxu biex jixprunaw it-tkabbir fir-reġjun, għalkemm l-aspettattivi ta’ aktar illaxkar monetarju…

Barranin

Muniti Il-krona Svediża żdiedet sewwa llum wara li l-bank ċentrali qal li xorta jistenna li jissikka ċ-ċintorin fil-politika monetarja lejn l-aħħar tas-sena, b’sorpriża tas-swieq kummerċjali li wasslu qliegħ qawwi mill-munita…

Aktar