Trump b’għajnuna lill-bdiewa minħabba l-pandemija

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sensiela oħra ta’ għajnuna minħabba l-pandemija lill-bdiewa ta’ madwar $13-il biljun. Huwa ħabbar dan f’rally elettorali f’Wisconsin meta din l-għajnuna hija għal settur importanti f’wieħed mill-istati importanti tal-elezzjoni presidenzjali.

Id-dollaru estenda t-telf it-telf ta’ matul il-lejl wara dejta maħruġa lbieraħ wriet tnaqqis fl-irkupru ekonomiku Amerikan, waqt li muniti aktar riskjużi żdiedu bid-Dollari tal-Awstralja u ta New Zealand jiżdiedu.

Ilp-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed ikompli jippressa il quddiem bil-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ minkejja twissija mkinn Brussels li din tista’ tfaqrrk ir-relazzjonijiet future u għarfien mill-gvern tiegħu li jikser il-liġi internazzjonali.

L-Isterlina żdiedet bi ftit kontra l-ewro u d-dollaru hekk kif dejta wriet li x-xerrejja Ingliżi komplew jonfqu aktar ix-xahar li għadda u dan wassal biex il-bejgħ jogħla aktalr mil-livell ta’ qabel il-Covid. Issa l-bejgħ huwa 4.0% ogħla miċ-ċifra ta’ qabel il-kriżi. Dan is-settur qed ikollu irkupru aktar malajr mill-bqija tal-ekonomija, mgħejun minn xiri qawwi onlajn.

Tnaqqis fil-prezz tal-ishma tal-banek kellu effett negattiv fuq il-FTSE 100 illum, jum wara li l-Bank of England ta ħjiel ta’ rati ta interessi negattivi, waqt li żieda fil-każi tal-koronavirus fir-Renju Unit qajmet biża’ ta’ sensiela oħra ta’ lockdown.

Id-dħul minn bonds ta’ gvern taż-żona ewro żdied hekk kif l-ishma ħadu lura t-telf b’sinjal ta’ sentiment ta’ riskju, iżda it-tħassib persistenti dwar l-irkupru ekonomiku kif ukoll rati ta interessi aktar baxxi għal żmien itwal sostna l-prezzijiet.

L-ishma Ewropej tħabtu biex jaqbdu art fin-negozju bikri, bil-qawmien mill-ġdid ta’ każi tal-Coronavirus madwar il-kontinent qajjem tħassib dwar l-impatt fuq l-irkupru ekonomiku bikri.

L-ishma fiċ-Ċina għalqu tajjeb illum sostnuti mill-ishma finanzjarji f’saħħithom minħabba tamiet ta’ aktar miżuri ta’ appoġġ biex jixprunaw l-ekonomija milquta mill-virus waqt li yuan qawwi għen għad-dħul ta flus barranin.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu għar-raba jum infila llum u riesaq lejn żieda ta’ madwar 10% f’ġimgħa, wara li l-Arabja Sawdija insistiet mal-alleati biex iżommu mal-qtugh fil-produzzjoni u l-banek inkluż il-Goldman Sachs ipprevdew żbilanċ fil-provvista.

Il-prezz tad-deheb kompla jiġi nnegozjat fil-firxa ta dan ix-xahar wata d-deċiżjoni tal-Federal Reserve dwar ir-rati tal-interessi u x-xejriet kurrenti fis-suq jistgħu jżommu lid-deheb ‘il fuq.